Is-Sinjura Abela spjegat li l-Festa taċ-Ċitru daħlet fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund fejn il-larinġ, il-mandolin, lumi u l-larinġ tal-bakkaljaw jinqata’ kollu u jinbiegħ fl-attività li ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar.
Din is-sena l-attività se ssir fit-30 ta’ Jannar bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-pubbliku li jattendi jkun jista’ jixtri l-larinġ u wkoll jkun jista’ jdur mal-ġonna privati kif ukoll il-ġnien taċ-ċitru li se jinfetħu għall-okkażjoni. Il-kċina tal-Palazz ta’ Sant’Anton se tipprepara ikel magħmul mill-larinġ bħal ross bit-tiġieġ u larinġ, soppa tal-qargħa ħamra bil-larinġ kif wkoll muffins bil-larinġ u l-lumi.
Se jkun hemm stands li jbiegħu kejkijiet tal-larinġ u l-lumi u wkoll vażetti tal-marmalades. Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa se jkun wkoll preżenti waqt l-attività permezz ta’ nutritionists li jagħtu informazzjoni dwar l-importanza tal-vitamini li fih iċ-ċitru. Matul il-ġurnata se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal fil-ġonna kif ukoll varjetà fuq il-palk prinċipali.
Il-qliegħ mill-attività se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.