Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-mossa li l-Ministri ser ikunu qed jaghtu lura madwar €19,000

Minn Josef Grech

 

Minkejja dak li habbar il-Prim Ministru Lawrence Gonzi l-bierah fil-Parlament, meta tkellem fil-Kamra tad-Deputati 30 xahar tard, il-fatti jibqghu li hu u shabu l-Ministri u Segretarji Parlamentari jridu jibqghu jiehdu zewg pagi.

Iz-zieda kull gimgha issa se tkun ta’ madwar €500 minflok €600.

Il-Prim Ministru qed jippretendi li l-familji, haddiema u pensjonanti li hadu zieda ta’ €1.16 fil-gimgha, li qed ihallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma oghla, u qed jiffaccjaw prezzijiet oghla tal-gass, fuel u ikel, jghidulu “Grazzi”.



Wara it-taparsi rtirata tal-bierah, is-salarju ghal kull membru tal-Kabinet se jkun zdied b’madwar 70% fis-sena fuq dak tal-Kabinet ta’ qabel.

Il-mossa li l-Ministri ser ikunu qed jaghtu lura madwar €19,000  ma tbiddel xejn, ghaliex xorta ser jibqa l-fatt li fuq il-medda ta’ din il-legizlatura Lawrence Gonzi u l-Ministri tieghu ser ikunu hadu b’kollox mal-€123,000 iktar fuq kemm kellhom qabel l-ahhar elezzjoni. Jigifieri l-Prim Ministru u l-Kabinett tieghu ser ikunu hadu sitt darbiet u nofs iktar milli qed jiddikjaraw li ser jaghtu lura.

Wara li ceda l-progett tal-Katidral, il-hatra tal-Assistenti Parlamentari, il-pubblikazzjoni tal-iSmart Meters (li ghadha ma saritx), issa il-Prim Ministru taparsi ceda din ukoll biex ma jitlifx vot fil-Parlament.

Fl-ahhar mill-ahhar, it-taxpayers Maltin u Ghawdxin qed ihallsu ghal kompromessi ta’ Lawrence Gonzi.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com