Żminijietna – Leħen ix-Xellug qiegħda tappoġġja lill-Kummissarju tal-Pulizija fl-appell tiegħu għal emendi fil-liġi, biex il-vittmi ta’ vjolenza domestika jkollhom protezzjoni mmedjata u r-rapporti dwar tali vjolenza jkunu trattati bħala każi urġenti.
Sal-lum, meta vittma tagħmel rapport, il-Pulizija jibdew il-proċess, iżda dawn ma jistgħux jittrattaw il-każ bħala urġenti u jixlu lil allegat awtur taħt arrest. Sakemm ma jkunx hemm qafas legali għall-urġenza, hu biss wara li l-każ ikun ġie kklassifikat bħala urġenti u serju li l-pulizija tista’ tarresta lill-allegat awtur u dan jittieħed l-qorti fi żmien 24 siegħa.
Vjolenza fil-forom kollha tagħha, partikolarment il-vjolenza domestika għandha mpatt konsiderevoli fuq il-vittmi tagħha u tinterferixxi fil-ħajja tan-nisa u fis-sens tagħhom ta’ sigurtà. F’ċerti każi din tista’ saħansitra twassal għall-mewt.