Kien gie mwieghed li ser ninghataw certu dokumetazzjoni biex nifmhu s-sitwazzjoni ezatta kif inhi. Tlabna dokumenti dwar dak li ghadda bejn il-Gvern u l-Unjoni ewropeja, ohrajn dwar kif zviluppat is-sitwazzjoni fl-Airmalta, fuq certu decizjonijiet li ttiehdu, dwar is-sitwazzjoni attwali u x’alternattivi hemm.
Izda mhux talli din il-weghda ma gietx rispettata talli tlett gimghat ilu, Tonio Fenech f’isem il-gvern wiegeb li jekk il-Partit Laburista jrid din l-informazzjoni jrid jiffirma ftehim li minn dak li kien ser jghid ma jinghad xejn barra l-kumitat.
“Riedu jaghmlulna sarima ma’ halqna u riedu li nidhlu komplici mal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi biex nghattu t-taghffig u ma niehdux passi billi ninfurmaw lil haddiema u lil poplu, li huwa x-shareholder tal-kumpanija. Dan assolutament huwa inacettabbli” ddikjara l-Mexxej Laburista.
Esprima fiducja fir-rapprezentanti tal-Partit Laburista f’dan l-isteering committe, u semma’ mistoqsijiet li dawn ghamlu izda baqghu mhux imwiegba filwaqt li gie rrifjutat li jinghataw kopji ta’ prezentazzjonijiet li saru lil dan il-kumitat.
Joseph Muscat ghamilha cara li l-Partit Laburista qed jissaporti mhux ghal wick il-gvern izda fl-ahjar interess tal-haddiema u tal-kumpanija nazzjnali , ghaliex irid Airmalta b’sahhitha. Wissa’ li minn ha decizjonijiet hziena li farrku l-Airmalta jrid iwiegeb, b’responsabbilta’ u mhux b’vendikazzjoni.
Wissa wkoll kontra l-mod kif qed ikunu trattati b’theddid il-unions tal-haddiema ghax irid li jkun jista’ jaghzel il-haddiema li ghandhom jinzammu halli jaccerta ruhu li jaghzel lil haddiema li huma tal-qalba sewwa fil-Partit Nazzjonalista, mhux skond l-abbilta’ izda skond l-allejanza politika. Dan ukoll juri stil tat-tmexxija tal-lemin estrem u huwa kundanabbli, sostna Joseph Muscat.
Il-haddiema tal-Airmalta, u l-familji taghhom, jafu li Partit Laburista jaf x’qed jigri u komess li kif kien Gvern Laburista li ra li l-ghasafar tac-comb, jikbru u jtiru, l-PL ser jara li dawn ikomplu jtiru fl-ahjar interess tal-pajjiz.
Enemalta
Meta tkellem dwar l-Enemalta, l-Mexxej Laburista semma’ diversi kazi ohra skandaluzi , inaccettabbli u tal-misthija.
Semma’ kif filwaqt li l-kumpanija tinsab tiffaccja miljuni kbar ta’ djun, u inefficjenzi kbar ohra, l-ufficjali mahtura mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi hadu bonuses kbar. Kif ser ikun qed jiehu zieda fil-paga s-CEO il-gdid ta’ Arms Limited ghaliex issa lahquh ukoll direttur ezekuttiv.
Biex jingannaw u jaghtu stampa li l-Enemalta m’ghandhiex djun kbar, il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ser iwaqqaf kumpanija bhala “special purpose vehicle” halli jintefghu fuqha mal-400 miljuni f’dejn li ghandha l-enemalta. Loghob bl-istatistika izda Id-dejn jibda dejn u ta dan il-poplu jehtieg spjegazzjoni.
Kif trid tinghata spjegazzjoni ghal inefficjenza,il-hela, u l-vendikazzjonijiet mal-haddiema laburisti u dawk nazzjonalisti li m’humiex ta gewwa. Kif qed isehh fit-taqsima li kellha l-enemalta u li kienet tigbor il-fluq tal-korporazzjoni. Xi hadd iddecieda li l-haddiema ta din is-sezzjoni ghandhom jigu mwarrba u mormija. Kumbinazzjoni f’din is-sezzjoni hemm jahdem Charles Magro, li kien il-whistleblower fil-kaz tax-xogholijiet li saru fid-dar tal-Ministru Tonio Fenech u li kien intqal li dan kien sar bi hlas ghal pjacir.
Tonio Fenech, il-ministru responsabbli mill-Enemalta qatt ma wiegeb izda nghata bidu ghal persekuzzjoni kontra Magro u shabu fejn jahdem.
F’laqgha li saret, u li prezenti ghaliha kien hemm uffjali gholja tal-Enemalta , wiehed minnhom iddikjara li dawn il-haddiema qed jiffaccjaw din is-sitwazzjoni ghaliex huma membri tal-GWU.
Dan il-kaz jimmerita inkjesta u minn qed jaghmel dawn il-hnizrijiet illum m’ghandux jahseb li ser jintesew. B’sens ta’ gustizzja jkollu jwiegeb ghalihom.
WSC
L-istess sitwazzjoni qed jiffaccjaw haddiema tal-Water Services Corporation li nqabdu fl-istruttura tal-ARMS, minghajr ma jafu x’kundizzjonijiet ser ikollhom. Joseph Muscat sejjah lil dawn il-haddiema biex jaghmlu kuragg u ma jhallux lil minn jaqtalom qalbhom.
Il-Partit Laburista qed isegwi kollox u ser jara li dak li qed isir illum, jrid isir b’gustizzja.
Go
Dwar il-haddiema tal-GO fakkar kif qabel l-elezzjoni l-haddiema kienu qalulhom li jekk jitla fil-gvern il-Partit Laburista ser jitilfu l-impjieg izda bil-miktub inghataw assigurazzjoni li bi Gvern ta’ Lawrence Gonzi kulhadd ikollu l-impjieg garantit.
Illum ghandhom sitwazzjoni li turi bic-car kemm Lawrence Gonzi huwa nkonsistenti u mhux kredibbli.
Kif indunaw haddiem membri tal-UHM, mpjegati bhala nursing aides, Care workers, assistent care workers u health assistents li jumejn qabel l-elezzjoni nghataw ftehim kollettiv li s’issa ghadu ma giex implimentat.
Mozzjonijiet
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar mozzjonijiet mressqa fil-Parlament u li din il-gimgha n-naha tal-Gvaen immexxija minn Lawrence Gonzi vvutaw kontrihom.
Kien hemm il-mozzjoni pprezentata minn Marie Louise Coeiro Preca dwar il-htiega ta’ overpass fil-bypass tal-Imriehel biex tkun garantita s-sigurta tar-residenti fil-housing estate tal-Blat.
Minkejja li f’din il-mozzjoni ma kienx hemm materja ta politika izda kien hemm is-sigurta ta’ cittadini fin-nofs, in-naha tal-gvern nkluz iz-zewg deputati tad-distrett ivvotaw kontra.
Kien hemm ukoll il-Mozzjoni mressqa minn Gino Cauchi biex 14,000 haddiem imsiehba fil-unions li jiffurmaw parti minn Forum Unions Maltin, u l-Gozo Buisness Chamber jiddahhlu membri fl-MCESD.
Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi vvotta kontra dan ukoll fejn anki d-deputati nazzjonalisti ghawdxin ivvutaw kontra dak li riedu l-Gozo Buisness Chamber.
U mozzjoni ohra kienet dik ta’ Joe Mizzi li talab biex kif sehh is-sena li ghaddiet, il-poplu jinghata beneficcju ghaz-zididiet fit-tariffi tal-energija.
Il-gvern wiegeb li biex dan isir hemm bzonn hafna flus. Il-mexxej laburista sahaq li biex jonfoq fuq affarijiet mhux essenzjali, l-gvern ta’ Lawrence Gonzi l-flus saghbhom izda biex jghin lil familji qed jghid li m’ghandux flus u ghalhekk ivvota kontra.
Hareg bic-car li l-Gvern m’ghandux politika u pjan serju ghal energija. Rrizulta li l-ewwel kien iddecieda favur power station li tahdem bil-gass u wara biddel ghal wahda li tahdem bl-aktar tip ta’ zejt li jniggez.
L-ex ministru John Dalli ddikjara li l-gvern kien offrut tekonolgija aktar irhisa, nadifa u li kienet itaffi l-piz minn fuq il-kontijiet tan-nies. Izda din giet ukoll rifjutata mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi.
F’din id-diskussjoni, tenna Joseph Muscat kien konfermat li minkejja l-Awtorita’ tar-Rizorsi suppost hija regolatur anki fuq il-gvern u hija awtonoma, qed tiehu l-ordnijiet milli ministru Pullicino.
Sena tal-konsultazzjoni
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-process ta’ konsultazzjonijiet li beda din il-gimgha l-Partit Laburista biex jibda jippjana fejn irid jasal il-pajjiz bi Gvern Laburista.
L-ewwel laqgha saret ma’ rapprezentanti t’ghaqdiet u organizazzjonijiet li jahdmu fost il-persuni bi bzonnijiet specjali u dan kien sinjal li dawn jinsabu fin naha ta’ fuq fl-agenda ta’ Gvern Laburista.
Huwa esprima sodisfazzjon kif dawk prezenti tkellmu dwar kif bl-istess spejjez tal-lum, tizdied l-efficjenza u tonqos il-burokrazija.
Imigrazzjoni llegali
Mistoqsi dwar l-Immigrazzjoni llegali, Joseph Muscat sostna li s’issa mill-Unjoni Ewropeja, smajna biss paroli. It-tnaqqis fil-wasliet ta’ immigrant llegali ma kienx rizultat ta’ xi hidma li saret izda ta ftehim bejn il-Libja u l-Italja.
F’mument bhal dan il-Gvern messu ha vantagg u hejja pjani u pprepara ruhu ghal meta terga’ tibda din il-mewga anki fid-dawl ta’ dak li qed isehh fl-Afrika ta’ Fuq.
Divorzju
Dwar id-Divorzju, l-Mexxej Laburista qal li l-pozizzjoni tieghu u tal-grupp parlamentari laburista kollu maghqud kienet spjegata bl-aktar mod car, fl-ittra li baghat il-bierah lil Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Il-Partit Laburista ghandu pozizzjoni cara u koerenti, u dan b’differenza ta’ Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista li fuq dan is-suggett qed juri inkongruwenza kbira.