Il-Prim Ministru l-aktar imhallas ma jindimx u jkompli jwebbes rasu
|
mir-Reporter taghna |
Il-Prim Ministru l-aktar imhallas ma jindimx u jkompli jwebbes rasu
Id-diskors tal-Kunsill Generali tal-Prim Ministru kien wiehed li jikkonferma kemm dan huwa Prim Ministru maqtugh mir-realta li qed jghixu l-familji.
Il-Prim Ministru ma nidimx. Iz-zieda ta’ €500 fil-gimgha kien, ghadu u se jibqa’ johodhom xorta wahda. Dan meta gimgha ilu staqsa x’ghamel hazin ghal aktar minn darba. Fl-istess hin lill-familji hallihom b’xiber imnieher.
Dan huwa Prim Ministru li ghabba lill-familji u lill-industriji bl-oghla kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-istorja. Dahhal prezzijiet record fuq il-petrol, id-diesel u l-gass. Ma tax it-tnaqqis tal-income tax fil-bidu tal-legislatura, kif wieghed. Prim Ministru li dahaq bil-haddiema tal-Air Malta, tat-Tarzna, tal-GO, tal-Linja, tat-taxis, tal-minivans, care workers, haddiema fis-settur tas-sahha, ghalliema u ohrajn.
U fl-istess zmien li ghamel dan kollu, Lawrence Gonzi zied il-paga tieghu u tal-ministri madwaru b’€500 fil-gimgha. Dan filwaqt li halla lill-familji b’zieda ta’ €1.16 fil-gimgha.
|
|
Dan huwa l-Prim Ministru l-aktar imhallas fl-istorja tal-pajjiz, li ta lill-familji l-oghla kontijiet fl-istorja.
L-iktar Prim Ministru mhallas fl-istorja, qed ikompli jwebbes rasu mal-familji.
F’diskors ta’ siegha dar kemm felah mal-lewza dwar id-divorzju, imma rega’ ma qalx kif se jivvota hu fil-Parlament, bhala Prim Ministru tal-pajjiz/
|
|