Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Nuqqas ta’ ippjanar u decizjoijiet hziena tal-Gvern li ghalihom qed ihallas il-Poplu

mir-Reporter taghna

Il-pajjiz qed ikollu igorr f’okkazzjoni wahda wara l-ohra l-piz tan-nuqqas ta’ ippjanar tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi li qed jiehu decizjonijiet li jirrizultaw hziena u qed ikun il-poplu li qed jispicca dejjem ihallas ghal din l-inkompetenza.


Meta kien qed jigi intervistat fuq One Radio, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat semma l-kaz ta’ Triq Bisazza bhala s-simbolu tan-nuqqas ta’ ppjanar serju u ta’ l-inkompetenza tal-gvern. Minn naha tal-Ministeru t’Austin Gatt intlahaq ftehim mal-kumpanija Arriva biex din it-triq tintuza ghar rottot tat-trasport pubbliku, izda minn naha tal-Ministeru ta’ George Pullicino kien hemm decizjoni li din it-triq tkun maghluqa ghat-traffiku. Issa qed jissemma kumpens li jrid jithallas lil Arriva u li qed jinghad li jista’ jlahhaq mal-€100,000. Austin Gatt u George Pullicino, li jpoggu madwar l-istess mejda fil-laqghat tal-kabinett, wrew li lanqas kienu kapaci jsolvu problema semplici li lanqas qatt ma kellha titfacca. 

 

Jikkonfermaw ukoll in-nuqqas ta’ ippjanar u l-inkompetenza tal-Gvern, il-miri mhux milhuqa fil-finanzi tal-pajjiz ukoll . Joseph Muscat qal li qabel l-ahhar elezzjoni generali Lawrence Gonzi kien qal li bejn l-2008 u l-2010 id-deficit kellu jizdied b’€20 miljun izda fil-fatt f’dawn is-sentejn id-deficit zdied b’€711 miljun. Minn naha l-ohra bejn l-2008u l-2010 id-dejn kellu jizdied b’€7 miljun, izda fir-realta zdied bi €880 miljun. Dan fl-istess hin li f’termini reali d-dhul tal-familji huwa fl-inqas livelli sa mill-2004. Il-Mexxej Laburista qal illi kieku Tonio Fenech kien impjegat ma’ kumpanija privata u jinkisbu dawn ir-rizultati, ilu zmien twil li tkecca.


Fl-istess hin fil-MEPA, minkejja s-suppost riforma u z-zidiet qawwija fit-tariffi, n-nies ma humiex jinqdew waqt li fl-isptar Mater Dei, fejn Lawrence Gonzi kien wieghed li sas-sena li ghaddiet kellu jgib fix-xejn il-waiting lists, sal-lum hemm eluf ta’ nies jistennew ghal operazzjoni.


Arriva
Mistoqsi dwar is-sistema l-gdida tat-traport pubbliku, Joseph Muscat qal li t-tama tieghu hija li l-poplu jinghata servizz tajjeb u li jkun hemm it-titjib mwieghed. Irid ikun hemm ukoll izda certu flessibilta biex fejn jinstab li hemm x’jigi rrangat, dan fil-fatt jigi rrangat. Il-Mexxej Laburista qali li wiehed ma jistax jinsa l-impatt ta’ certi hlasijiet godda. Semma l-park and ride li qal li sal-lum kien bla hlas u li izda issa se jsir bi hlas u dan se jfisser li min juzah regolari biex jidhol jahdem il-Belt Valletta ser jsib ma wiccu spiza gdida ta’€500 fis-sena.  S’issa kien jinghad li d-dhul mis-sistema tas-CVA kien jaghmel tajjeb ghall-operat tal-Park & Ride. Izda issa se jkollna c-CVA li se tibqa fis-sehh waqt li l-Park & Ride se jsir bi hlas.


Air Malta
Dwar l-Airmalta, il-Mexxej Laburista qal li din bnewha mix-xejn il-Maltin, u wara kabbruha u zviluppawha u qatt ma hadet centezmu sussidju mill-gvern anzi kienet hi li ssussidjat lill-ekonomija. Ghalhekk huwa nsult li jigi Ministru u jghid li ma jridx jafda din il-kumpanija f’idejn ‘cuc Malti’. Fakkar kif sa sentejn ilu fi prezentazzjoni li kienet saritlu mill-gvern dwar l-Air Malta ma kienux issemmew problemi. Dan kollu, sostna Joseph Muscat, juri li jew dakinhar il-Ministru heba is-sitwazzjoni;  jew hbew lilu l-fatti, jew ma kienx jaf. Fit-tliet kazi l-inkompetenza tal-Ministru hija gravi.


Semma’ kif il-kumitat tar-ristrutturar tal-AirMalta huwa wieqaf u kif konsulenti thallsu zewg miljun euro biex jaghmlu pjan ta’ ristrutturar li jghid li jekk il-gvern jibqa’ ghaddej bil-politika prezenti dwar il-low cost, ir-ristrutturar ma jahdimx. Ghall-Partit Laburista il-low cost ma humiex problema. Il-problema hija l-politika tal-gvern dwar il-low cost.


Ghandna sitwazzjoni, qal Dr Muscat, fejn Sonny Portelli sa ftit gimghat ilu, bhala Chairman tal-Airmalta kien qed jghid li mhux se jitkeccew nies u issa s-CEO barranin l-gdid qed jghid li se jitkeccew in-nies. Fakkar kif lill-haddiema tal-lukanda Selmun fil-parlament f’Novembru li ghadda Tonio Fenech kien qalilhom li l-offerta ghall-bejgh ta’ Selmun trid tinkludi z-zamma tal-haddiema. Izda issa l-gvern kecca lil dawn il-haddiema.


F’dal-kuntest Joseph Muscat semma l-care workers u qal li l-Partit Laburista m’ghandux problema bil-kuntrattur prezenti sakemm jirranga s-sitwazzjoni tal-haddiema. Jekk izda l-kuntratt se jinghata lil xi kuntrattur iehor, dan ghandu jiehu mieghu lill-haddiema prezenti. Il-Gvern irid jassigura li tinstab soluzzjoni ghaliex il-haddiema ma jistghux ibatu minhabba l-inkompetenza ta’ haddiehor.


La Valette Multi-Manager Property Fund
Mistoqsi dwar il-kwistjoni tal-La Valette Multi-Manager Property Fund, Dr Muscat qal li jrid jitkellem b’kawtela ghaliex dwar is-settur finanzjaru f’pajjizna hawn kunsens li dan is-settur ghandu jibqa wiehed sod minghajr ebda xquq. Qal li l-Bank Of Valletta hija istituzzjoni kkwotata fuq l-istock exchange, krucjali ghal pajjiz u li jhaddem mieghu hafna haddiema.


 Fl-istess hin hemm ukoll l-interessi ta’ eluf ta’ nies, fosthom pensjonanti u ex haddiema tat-tarzna li kienu imhegga jinvestu flushom. Ghalhekk din il-kwistjoni trid tkun indirizzata dejjem fil-harsien tar-rispett  tal-haddiema, tax-shareholders tal-Bank u ta’ dawk li nvestew flushom f’dan il-fond. Skont l-Awtorita ghas-Servizzi Finanzjarji jirrizulta fatt importanti li suppost dan il-fond kien qed jinbiegh lil nies fuq bazi long-term u li jkunu “seasoned investors”. F’dan il-kaz izda, numru kbir ta’ investituri li nbieghlhom dan l-investiment, mhux biss kienu ta’ eta avvanzata izda qatt ma kienu nvestew flus qabel.


Ghalhekk hemm mistoqsijiet dwar dan kollu u ghamlet sew l-Awtorita li dahlet f’dal-kaz. Joseph Muscat qal li dan huwa zmien krucjali li fih il-BOV ghandu jirtira l-offerta tieghu u  jkun hemm medjazzjoni bejn zewg nahat li tkun fl-aqwa interess tal-investituri u fl-aqwa interess tal-bank.


Onorarja
Meta tkellem dwar il-kwistjoni taz-zieda ta’ €500 fil-gimgha ghal Lawrence Gonzi u l-Ministri tal-kabinett, Dr Muscat sahaq li l-poplu seta’ jaghraf min qieghed fuq in-naha tal-familji jew fuq in-naha tal-Prim Ministru. Il-Partit Laburista kien konsisteni fl-argumenti tieghu kontra din iz-zieda u favur l-interessi tal-familji.


Ma jistax ikun li l-poplu qed ibati u l-gvern ta’ Lawrence Gonzi minflok jaqsam il-piz mal-poplu, jiehu decizjoni li wriet kemm huwa lest jixahhah mal-poplu izda jkun hali favur id-dhul finanzjarju tieghu. Ghandna gvern maqtugh mir-realta mmexxi minn Prim Ministru li minkejja li huwa l-aktar imhallas, qed jimponi l-ghola kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq il-poplu minkejja li eluf ta familji ma jifilhux ghal dan il-piz. Joseph Muscat qal li l-hsieb tal-mozzjoni li ressaq il-Grupp Parlamentari Laburista kien li kull deputat parlamentari juri fejn qieghed, jew mal-poplu u l-familji  jew ma Lawrence Gonzi. Illum ghandna Prim Ministru li jrid mudell tal-house of commons fejn tidhol l-onorarja izda ma jridx il-prattici tal-house of commons. 


Meta tkellem fuq il-kontroversja dwar l-attendenza tal-membri parlamentari fil-parlament, Joseph Muscat sostna li  l-attendenza hija parti importanti hafna u kull membru parlamentari huwa responsabbli hu personalment ta’ dak li jaghmel. Sahaq li hemm bzonn riforma fil-Parlament u mhux bini ta’ parlament gdid kif irid il-Prim Ministru. Din ghandha tkun riforma dwar kif isir ix-xoghol u kif il-parlament isir iktar efficjenti u iktar effettiv.


Fost ohrajn ghandu jkun ezaminat il-hin li fih jiltaqa l-Parlament, ghandha tkun ezaminata l-possibilita li parti mill-hlas ta’ membru parlamentari jkun marbut ma’ l-attendemza u trid tkun ezaminata l-awtonomija tal-Parlament. Il-Mexxej Laburista qal li jrid jirrikonoxxi l-hidma li wettaq l-iSpeaker prezenti f’din id-direzzjoni.


Divorzju
Turija ohra tal-konstitenza tal-Partit Laburista ntweriet il-hin kollu matul id-diskussjoni dwar l-introduzzjoni tal-ligi tad-divorzju. Liema konsistenza ser tibqa tintwera tul id-dibattitu kollu li ser ikompli fix-xhur li gejjin. Differenza kbira, qal Joseph Muscat, minn kif agixxa l-Partit Nazzjonalista u fuq kollox Lawrence Gonzi li dahhal lilu nniffsu f’kantuniera hu stess.   Kien Lawrence Gonzi li ddecieda li jisma kif jahsibha l-poplu. Issa li l-poplu tkellem, Lawrence Gonzi m’ghandux triq ohra hlief li jivvota iva, u dan dejjem jekk irid juri li  jemmen fir-regoli demokratici. Il-pozizzjoni tal-Prim Ministru bhala l-kap tal-ezekuttiv hija differenti minn ta’ kwalunkwe Membru Parlamentari.
Dwar Marie Louise Coleiro Preca, l-Mexxej Laburista tenna li l-pozizzjoni taghha kienet konformi ma’ dik tal-Partit Laburista. Marie-Louise Coleiro Preca hija parti essenzjali u integrali mill-Grupp Parlamentari Laburista. Joseph Muscat qal li huwa iltaqa mad-deputata Laburista u huwa fiducjuz li hija se tisma’ lin-nies u tibqa’ taghti l-kontribut taghha lejn il-Partit Laburista bhal ma jaghmlu d-deputati Laburisti kollha.


Sostna li d-dibattitu dwar id-divorzju ma spiccax.  Hemm hafna xoghol xi jsir specjalment fi stadju ta’ Kumitat fejn il-Partit Laburista ser jara li l-emendi kollha li hemm bzonn isiru, dejjem fil-parametri tal-mistoqsija li vvota ghaliha l-poplu fir-referendum. Importanti wkoll ser ikunu d-diskussjonijiet li ser jigu quddiem il-parlament fix-xhur li gejjin.


Fost ohrajn, Joseph Muscat semma l-ligi dwar l-IVF. Sostna li huwa jemmen li ghandna naghtu dritt lil dawk il-koppji li ma jistax ikollhom tfal biex ikollhom it-tfal u nnehhu wkoll l-anomalija fil-Mater Dei fejn ghandna makkinarju ta’ l-IVF jiswa’ l-miljuni li ma nistghux nuzawh. Minghajr aktar telf ta’ zmien irid jigu indirizzati wkoll setturi bhal dak tad-donazzjoni tal-organi, l-adozzjoni tat-tfal u l-fostering.


Valuri
Il-Mexxej Laburista sostna li qatt daqs illum il-Partit Laburista ma kien f’paci mieghu nniffsu – jirrifletti l-principji progressivi tieghu. Meta l-Partit Laburista jitkellem dwar issues jitkellem dwar il-valuri li jemmen fihom. Fil-kwistjoni tal-iskandlu tal-BWSC, il-Partit Laburista emmen u tkellem favur il-valur tas-sahha, l-ambjent u t-trasparenza. Dwar il-kaz tal-Care Workers – mhux qed nitkellmu ghax irridu nolqtu sezzjoni ta’ nies imma dwar il-valur tax-xoghol b’kundizzjonijiet kif jixraq. Fuq il-waiting lists, il-Partit Laburista qed jitkellem ghaliex jemmen fil-valur li s-sahha tkun b’xejn u bl-aqwa servizz. Dwar l-energija l-Partit Laburista jemmen li l-access ghall-energija mhuwiex lussu imma dritt.


Il-Partit Laburista huwa partit li jemmen fi process fejn id-dinja ddur madwar il-familja, n-nies u l-ndividwi u mhux madwar il-politika u l-politici. Joseph Muscat sahaq li l-aspirazzjoni tal-Partit Laburista  hija li jkollna programm ta’ gvern effettiv, li jahseb u jahdem ghal xoghol ahjar, familji b’aktar flus fil-but, kontijiet irhas, sptar fejn tinqeda, skejjel li jippreparaw lil uliedek, arja aktar nadifa u socjeta aktar hielsa.

 

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com