Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-GWU tingħata l-għarfien ewlieni fil-Kulleġġ Savio

Minn Josef Grech

It-Taqsima Ospitalità u Ikel tal-GWU fil-jiem li għaddew ingħatat l-għarfien ewlieni mir-Rettur tal-Kulleġġ Savio biex tibda tinnegozja u tirrappreżenta lill-ħaddiema domestiċi kollha tal-istess Kulleġġ. It-talba għall-għarfien  trejdunjonistiku saret mis-Segretarju tat-Taqsima Josef Bugeja wara li dawn l-imjpjegati saru membri fil-General Workers’ Union ftit jiem qabel.

Wara t-talba li saret mill-GWU, ir-Rettur tal-Kulleġġ Fr Joe Portelli għarraf lit-Taqsima Ospitalità u Ikel li hi qed tiġi rikonnoxuta bħala l-unika unjin li tirrappreżenta lill-ħaddiema domestiċi tal-Kulleġġ.

Fil-fatt, nhar it-Tnejn, 7 ta’ Frar, is-Segretarju tat-Taqsima, Josef Bugeja u l-Assistant Segretarju Kevin Camilleri kellhom laqgħa ma’ Fr Portelli u mad-Deputat Rettur, is-Sur Sandro Farrugia.  Matul din il-laqgħa kordjali bejn iż-żewġ naħat, l-uffiċjali tal-GWU u l-Kapijiet ta’ Savio College ddiskutew l-aħjar mod kif jibnu relazzjonijiet industrijali tajbin bejniethom fl-aħjar interess tal-impjegati u tal-Kulleġġ.

Is-sħubija ta’ dawn il-ħaddiema fil-GWU tkompli tkabbar il-lista ta’ kategoriji ta’ ħaddiema li matul dawn l-aħħar xhur issieħbu fil-GWU u tawha l-fiduċja tagħhom biex tinnegozja f’isimhom u tipproteġilhom l-interessi tagħhom.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com