Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Joseph Muscat iżur il-kumpanija GO

Minn Josef Grech

Il-Partit Laburista jemmen li dan il-pajjiż għandu jkun lest għall-futur u l-ekonomija diġitali se tkun kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt żjara li għamel lill-kumpanija GO.
Waqt il-laqgħa bejn il-Mexxej Laburista u t-tmexxija tal-GO ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-GO.

Joseph Muscat tkellem ukoll dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumatur fejn hija kwistjoni li tinteressa mill-qrib lill-Partit Laburista. Huwa qal li dan huwa importanti ħafna f’qasam fejn il-kompetizzjoni hija qawwija.
Dr Muscat sostna li l-kumpanija GO għandha kontribut kbir x’tagħti lill-ekonomija Maltija u l-Partit Laburista huwa interessat ħafna fl-investimenti fil-futur li qed tagħmel il-kumpanija GO.

 

Il-Mexxej Laburista ltaqa’ wkoll mal-ħaddiema tal-kumpanija GO u ra diversi proġetti li qed tagħmel il-GO.
Dr Muscat kien akkumpanjat mill-Kelliem Ewlieni Laburista għall-ICT u Protezzjoni tal-Komsumatur. Id-delegazzjoni Laburista intlaqgħet u ddawret mal-uffiċini tal-GO mis-CEO tal-kumpanija David Kay.

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com