L-ordnijiet li kelli kienu preċiżi u għalhekk bla ma tlift ħin mort quddiem il-kompjuter u bdejt nafas il-buttuni biex bihom nikomunika ma l-ajruplanli kien daħal fl-ispazju ta l-ajru tagħna, iżda ma ħadt ebda risposta, erġajt ħarist lejn li-screen biex nikonferma dak li kont rajt u sibt li flok tikka waħda kien hemm tnejn. Erġajt għafast buttuna oħra u din id-darba xegħel l-iscreen l-ieħor. Iż-żewġt tikek reġgħu dehru. Wara ftit ta manuvrar fuq il-kompjuter it-tikek ġew imkabra u dehxa ta’ bard ġriet ma ġismi kollu. Iż-żewġt tikek li kienu dehru ma kienux ajruplani, imma missilli.
Qalbi bdiet tħabbat sitta sitta. Erġajt ħarist biex nkun ċert għal l-aħħar darba u ndunajt li kienet bdiet tidher missila oħra. Bla ma tajt aktar ċans għafast il-buttuna l-ħamra li kien hemm mal ħajt u f’daqqa waħda l-bażi ħadet il ħajja. Il-ħoss qawwi tas-sireni ħareġ lil kull min kien preżenti fil-kmamar dak il-ħin għal fuq l-asfalt li kien hemm barra.
Il-bieb tal kamra li kont fiha jien infetaħ u f’kemm trodd salib il-kamra intliet uffiċjali. Id-dehra xejn pjaċevoli tal missili li issa kienu jammontaw għal ħamsa ħasdet lil bosta iżda s-sitwazjoni ma damitx ma ikkalmat meta l-print out li kien ħiereg dak il-ħin mil printer wera’ biċ-ċar li l-missili kienu fl-għoli wisq u li għalhekk ma setawx kienu immirati għalina iżda għal xi pajjiż ieħor.
Wara ftit ta’ karti oħra irrizulta li d-destinazjoni tal-missili kienet għal inħawi ta’ l-Afrika ta’ fuq, aktarx għal Libja.
Billi ħadd ma kien awtoriza t-titjiera tagħhom u billi l-missili kienu għadejien min fuqna, il-gvern lokali dde`ida li jintervjeni. Daqs siegħa u nofs wara l-missili ġew imwaqqa’ fuq il baħar.
Il-każ ma waqafx hemm u wara ftit ta’ riċerka fuq il-missili n-nifishhom instab li dawn x’aktarx li ġew sparati min fuq Franza jew mil viċinanza tagħha.
Ir-riżultati ħażdu mhux ftit lil awtorita Maltija u għalkemm saru bosta mistoqsijiet fuq skala diplomatika ma l-awtorita Franċiża, dawn ta’ l-aħħar baqgħu jineġaw il-każ u sostnew li ma kellhhom x’jaqsmu xejn fil każ.
Min naħa l-oħra l-flotta Amerikana li fil-ġurnata tal każ kienet għedda tbaħħar qrib l-ibħra territorjali tagħna u għalhekk hi ukoll kienet interċetat is-sinjali tal- missili qablet mal konklużjonijiet ta’ Malta li l-missili kienu ġew sparrati minn Franza jew viċin. Iżda meta l-gvern Franċiż baqa jinega, il- każkellu jieqaf, minħabba n-nuqqas ta’ provi.
Dan il- każ kellu jġibb konsegwenzi xejn sbieħ miegħu. Franza bdiet thededd li jekk Malta tibqa takuża bil każ kienet sejra taqta l-kuntat diplomatiku li kella magħna.
Is-senat Amerikan ħareġ twissija u kundana lil kull min seta’ kien involut fil każ biex ma jerġax jiprova xi ħaġa simili għax kien se jsib lil flotta tag]a lesta biex tintervieni filwaqt li l-Lybja akkużat lil kulħadd inkluż lil Malta li konna f’kumplott dirett kontra tagħha.
Il-każ ġab miegħu ħafna spekkulazjonijiet ta’ x’seta wasal għal dan l-attakk. Spekkulazjonijiet li fil verita ma waslu għal xejn.
L-organizazjoni sigrieta Libjana ma kienx fiha ħafna x’tajd fuqha, għajr li kienet organizata tajjeb min nies inteliġenti u fuq skala internazjonali. Il-każ tal missili ma damx wisq ma wasal fil kwartieri generali taghhom fil Lybia u kien propju fuq dan il każ li fit 28 ta’ Mejju, 1983 li grupp ta tnax ir-ruħ, disgħa minhom irġiel iltaqaw.
Il-kap tagħhom, avukat ta’ tlettin sena Ahmed ben Ahziez fetah il-każ billi ta stampa ċara ta dak li kien ġara dak inhar u wara spjega il-pjan tiegħu biex il-Lybia tirritalja għal dan l-aġir.
Il-pjan intlaqa tajjeb u eżattament xagħar wara ajruplan Franċiż li kien ilu kwarta li telaq mil-ajruport ta’ Bengazi sploda fl-ajru. Ħadd ma ħa responsabilita u billi l-ajruplan waqa f’ baħar fond ħafna u perezz li fuq l-ajruplan kull ma kien hemm kienu tnax ir-ruħ il-każ ma tantx qajjem storbju, għalkemm Franza mil-ewwel refgħat subgħaja biex takuża lil Lybja b’terroriżmu.
Xi ħmistax wara żewġt impjegati tad-difiża Franċiża sfaw maqtula ġewwa l-uffiċju tagħhom min xi ħadd li ħarab wara li ħareġ mit tieqa tal uffiċju stess. Tlett ijiem wara sar attentat fuq il ħajja tal Ministru tad Difiża Franċiż. Attentat li falla.
Il-messaġġ li wasal fuq l-aircraft carrier Amerikana li kienet qegħda issalpa qrib l-ibħra Griegi ġalet lil Kaptan ikemmex xuftejh fil waqt li ordna li l-vapur jdawwar ir-rota u jaqbad ir-rotta għal l-Istraights of Gibraltar. Filwaqt li hu għamel kuntatt mal Pentagon biex jikonferma l-messaġġ li kien wasalu. Ir-risposta kienet posittiva u għalhekk il-kaptan ġabar l-ekwipaġ tiegħu u nfurmah b’kollox.
Biex il-vapur wasal fid-destinazjoni tiegħu ħa erbat ’ijiem u min fuqu helicopter Amerikan ġar erba volontiera għal fuq Franza fejn niżlu bla xkiel u bla ebda intervent min l-awtorita Franċiża.
“Għandkom eżattament sagħtejn, jekk ma tkunux hawn fil-ħin tibqaw l-art”, qal il-bdot. L-erba żagħżagħ baxxew rashom b’sinjal li fehmu u osfru fid-dlam ta’ mad-dawra. Eżattament siegħa u tlett kwarti wara l-helicopter Amerikan qatta min fuq l-art Franciza lura għal fuq il-vapur.
L-għada fil-għodu ġewwa Franza l-gazzetti Franċiżi kienu kollha kelma waħda fuq il-mewt brutali ta’ erba membri mil deplomat Franċiż. Intqal ukoll li fuq il-ħitan tad djar tal mejta instabet kitba bl-għarbi li kienet tixhed min kienu il-qattiela tal vitmi. Il-gvern Franċiż kien pront u irritalja filwaqt li akkuża lil mexxej Libjan Mamuar Gaddafi li kien strumentali fit-twettieq tat terroriżmu mad-dinja kollħa.
Il gvern Lybian kien pront ċaħad kull akkuza u qall li hu qatt ma kien indaħal f’xejn.
Franza minn naħa taghħa ma rieditx taf u kieku mhux għax Malta interveniet kieku żgur li kienet tqum waħda kbira.
F’dan il każ l-Amerika baqat neutrali, għalkemm fuq l-Aircraft carrier dehret li kienet għaddeja attivita qawwija u serja.
Xi tlett t’ijiem wara dan il każ Malta giet mitluba tissotometi lil gvern Amerikan missila milli kienet inqabdet biex issir xi investigazjoni fuqha, filwaqt li Franza talab l-istess ħaġa. Il-gvern Malti ċeda għal dawn it-talbiet u fis 16 ta’ Awissu ta’ l-1983 frejgata maltija bil ħames missili fuqha telqet min Malta ghal bażi Amerikana ġewwa Sqalija fejn kella issir l-investigazjoni.
Ahmed ben Ahzez sabat il gazetta li kellu f’idu fuq il-mejda. “Gejna milgħawba”, għajjat mal ħdax ir-ruħ li kellu madwaru. “Xi ħadd ieħor wettaq dan l-aġir u tefa’ t-tort fuqna. Hemm bżonn naġixxu malajr u b’attenzjoni kbira. Hemm bżonn niċħdu kull ma ġara u nitfaw id-dell fuq ħaddiehor”, kompla jgħid Ahziez bil herra.
Il-ħdax ir-ruħ preżenti waqqaw fi silenzju tremend filwaqt li kolla irriflettew fuq il-kliem tal kap.
“Għada għanda titlaq frejgata bil missili li ġew sparati fuqna min Malta, b’erba min nies biss fuqha”, beda jgħid Yussef Tawati. “Jekk aħna kappaċi naqbduha, forsi nagħmlu xi haga. Huwa importanti li ħadd mil ekwipaġ ta fuq il lanċa maltija ma jweġġa.”, kompla jgħid Tawati.
Ahmed ben Ahziez ħares madwaru u bl-leħen sod qall lill sħabu, “Nużaw missili Amerikani”.
Il-membri nfirdu għajr għal ħamsa minhom li flimkien irħewla għal fuq lanċa kbira li qabel kienet tintuza mil gwardja Lybjana. Fuq il-lanċa l-erba membri tellaw żewġt ibnadar Amerikana fil waqt li irħewla lejn Malta.
Il lanċa maltija giet mwaqfa daqs tnax il mill il barra min Sqallija u erba t’irġiel mgħamda telaw fuqha bla ma taw ċans lil Maltin jaġixxu. L-erba maltin ġew ordain jinżlu min fuq il-lanċa għal fuq dagħsa tal lakstu filwaqt li l-ħames missili ġew imtella fuq il frejgat l-oħra.
Meta tabba kollox l-erba maltin ġew miġbuda wara l-frejgat għal madwar mil meta f’daqqa waħda l-frejgata li kienu telqu min Malta biha saret ħuġieġa waħda. Hawnhekk l-erba Maltin intelqu għal ruhom filwaqt li l-frejgata li kienet qiegħda tiġbidhom osfron fid-distanza. Joseph Mekenzi, wieħed mil maltin preżenti resaq lejn il-mutur tad-dajgħsa u ġibidlu l-ħabel. Il-magna ħadet mil-ewwel u bit-tlikki t-tlikki daħlet Sqallija.
L-istorja kienet fuq fomm kulħadd l-għada fil għodu u l-ambaxxatur Lybian gewwa l-Italja kellu jagħlaq il-bibien ta’ l-ambaxxata minħabba l-biża ta’ xi attak fuqha. L-eba maltin kienu jirakuntaw ma kulħadd kif frejgat lybiana waqfithom u wara li serqet il-missili erqitilom il frejgata taghhom.
Franza min naħa tagħha keċċiet l-arab kollha li kien hemm f’pajjiża, filwaqt li l-Amerika u l-Italja ikundanaw l-aġir Arbi. Malta min naħa l-oħra tablet għal kumpens għal għarqa tal frejgat u għat tbattija bla bzonn li għadda minnu l-ekwipaġ malti.
Sadanittant il-frejgat lybjana reġgħat lura il Lybja vojta.
Għal aħbar li ingħata Ahmen ben Ahziez sar abjad karti bil korla. “Xogħol l-Amerikani. Naqta rasi li xogħolhom”, kompla jgorr min taħt l-ilsien. Ahziez ħataf it-telefon f’idu u wara li ċempel lil xi ħadd qatgħa, dar fuq sħabu u qall, “Għal lum daqshekk, nerġaw niltaqal il-Ġimgħa”.
Il-membri kollha telqu għal darhom filwaqt li Ahziez baqa’ bilqegħda fil kamra jistenna t-telefon iċċempel.
Madwar tlett siegħat wara l-ewwel telefonata waslet. Ahmed ben Ahziez deher sodisfat. Kwarta wara waslet oħra u Ahziez għorok idejħ. Wara it-tielet waħda Ben Ahziez qam min bilqegħda u ħareġ il-barra jsaffar kuntent.
L-aħbarijiet ta’ madwar l-Ewropa kollha kienu kolla fuq l-atti terroristiċi li seħħew mal lejl. F’Malta l-aħbarijiet kienu fuq t-tlett ambaxxati li ħadu n-nar. Dik Amerikana. Franċiża u Arbija. L-Italja kienet qeda tgħid kif tlett ambaxxatti oħra kienu ġew sploduti u semgħet l-istess tlieta filwaqt li Franza kienet qeda tirrakonta l-istess ħaġa.
Hawnhekk id-dinja waqfet tħaress lejn il-Lybia bħala l-ħtija ta’ kollox u tefgħat għajneja fuq il-Palestina, li biex tkompli taxxaq kollox kien qiegħed issir Hi Jack fuq ajruplan Franċiż min membri tal PLO. L-Amerika kienet pronta u ritaljat billi sparat żewġt missili fuq il pajjiż. Ikl- Palestina kienet pronta ċaħdet kull akkuza iżda r-risposta tagħha waqat fuq widnejn torox.
L-erba Maltin li kienu ġew mitluqa għar riħhom fuq il-baħar ġew interogati jekk jarfuq Lybjan min Palestinjan u meta l-erba qallu li ma setawx, l-akkuzi kontra l-Lybia ġew mwaqqa.
Franza għamlet appoloġija formali filwaqt li reġgħet fetħet l-ambaxxata Lybiana f’pajjiża.
Sena sħiħa wara dan il każ l-aġent li kien spara l-missili kien għadu ma instabx u l-każ kien imut mewta naturali kieku mhux għal ritratt li deher f’gazzetta lokali. Ir-ritratt mehud min fuq revista taljana kien juri nurmu kbir ta’ missili li kienu qedin jiġu trasferiti min bażi fi’ Sqallija għal bażi fl-Italja. In-numru tar reġistrazjoni ta’ waħda mil missili kien identiku għal waħda maqbuda Malta. Dan kien każ stramb u ġiel lil gvern Malti jistaqsi jekk l-Amerika qatt xtratx missili mingħand il Lybia. Din il-mistoqsija ġiet mwiegba fin negattiv. Il-gvern Malti ma kellux triq oħra għajr li jikkuntatja lil gvern Taljan u jitlob verifika tal fatti.
Jekk il missili kienu f’bażi Amerikana ġewwa l-Italja, ftit kien hemm fejn wieġed jimraġ. Jew kienu l-Amerikani li attakaw il frejgata Maltija jew kienu it-Taljani stess. Kulħadd jaf li l-Amerika ma tixtri armi m’għand ħadd. Żewġ ġurnalisti taljani ġew magħrfa bil pjan u dawn ma tantx damu ma bagħtu lura ritratti li urew biċ-ċar li erba mil ħames missili kienu qiegħdin jinġaru lejn l-Italja mil bażi militari Amerikana ġo Lampedusa.
Dan kien każ kontroverzjali ħafna u l-gvern Malti bassar korretament li ma kienx sejjer ikun kappaċi jiżvela kollox minħabba ċ-ċokkon tal pajjiż u minħabba r-riżorsi limitati tiegħu. Għalhekk permess ta’ aġent sigriet Taljan bagħat l-informazjoni kolla li kellu lil gvern Lybian fil waqt li avża lil Franza bil każ kollu.
Ahmed ben Ahziez irċieva envelop issigilat li meta fetħu sab ittra mhux iffirmata flimkien ma sitt rittratti li kienu jixdu l-kontenut ta’ l-ittra. L-ittra saba wara biebu u għalhekk ma kellu ebda ħjiel ta min kien bagħta.
Ben Ahziez sejjaħ laqgħa t’ emerġenza fejn fiha wera s-sitt ritratti li kien irċieva flimkien ma l-ittra. Wara li kien spiċċa jitkellem qam Ali Karim li normalment ftit kien jiftaħ ħalqu.
“Jidher biċ-ċar li dan il-kaz fih ħafna intriċċi u jiena ma narax kif nistaw noħorgu minnu infuħu. Nagħmlu x’nagħmlu ħa nidru koroh, għalhekk nisuġerixxi li ninfurmaw b’kollox lil kbir mexxej tagħna u naraw biex joħroġ.”
Il-lagħqa ġiet magħluqa u ħdax il siegħa wara fil preżenza ta’ erba membri biss, waħda minhom mara, ġiet msejjħa Lajla Takir.
“Inti ġejt magħżula”, beda jgħid Ben Ahziez, “Biex issolvi din il-problema darba għal dejjem. Xogħolok hu li tmur l-Italja u tinfiltra l-militar biex insiru nafu l-oriġini ta’ dawk il-missili”, kompla Ahmed. “Min għada inti jkun jismek Mariella De Pasquale hu toqod 126, Vjal St. Marija, il Gudja, Malta. Dan huwa l-passaport tieghek. Din hija l-karta ta’ l-identita u dawn huma l-karti tat twelied tiegħek”, żied jgħid hu. “Il-lejla fit tmienja trid tkun l-ajruport ta’ Bengazi biex titlaq lejn Malta. Qabel tlett snin oħra kull informazzjoni li tikseb għanda tingħata lil kuntatti li sejra tiltaqa magħhom min żmien għal ieħor.”
Lajla Takir baxxiet rasa lejn l-art bħala turija li kienet fehmet dak li kien qalila l-kap tagħha, filwaqt li f’qalba studjat is-sitwazjoni li kienet sejra tagħdi minha.
“Dan l-envelop fih l-informazjoni kollha li għandna s’issa fuq il-missili”, qatala ħsieba Ben Ahziez. “Studjom sewwa u idistruġi l-envelop”, kompla jgħid. “Karrozza ħadra qeda’ tisteniek barra biex tieħdok id-dar u tibqa tistennik sakemm twasslek l-ajruport il-lejla”, spiċċa jgħid filwaqt li qam min mal mejda biex juri li l-laqgħa kienet intemet
Mariella De Pasquale waslet Malta fid-disgħa u kwart. Tfajla twila metru u tmenin centimentru, xagħar qastani, għajnejn kanella, ġilda kemm kemm samra u b’ persuna pulita. Għadiet miż-żona `Xejn x’ Tidikjara’, tad-dwana ta l-ajruport u baqat ħierġa bla ebda xkiel. Barra hi tagħat il-karta bl-indirizz f’idejn tat-taxi u dan bla kliem ta xejn wasala d-dar. Ħalset lix-xufier b’karta tal flus li kienet sabet fl-envelop li Ahmed kien tagħha u wara li ix-xufier telaq fetħet il-bieb u daħlet ġewwa.
Hekk kif daħlet Mariella qabada bħall presentiment xejn ġdid għalija. Għalkemm d-dar kienet kollha fid-dlam hi kienet ċerta mill preżenza ta xi ħadd viċin tagħha u kienet pronta tbaxxiet kif semgħat ir-riħ ta’ xi ħaġa tixejjer. Adestrata tajjeb ħafna fl-arti martzjali Mariella daret dawra tond ma l’art b’ saqqajha l-leminija maħruga l-barra. Laqtet saqqajn xi ħadd u dan waqa ma l-art. Fid dlam Mariella qamet mill art u daret għal fuq min kien fil kamra ħdeja u kien xejjer xi ħaġa lejha iżda kif għamlet hekk il-kamra xegħlet u hi sabet ruha bejn mara u raġel.
“Min inti?” staqsa r-raġel bl-għarbi pur.
“Mariella de Pasqualle”, qalet maħsuda t-tfajla.
Ir-raġel ħareg idu, “Chris De Pasqualle”, qalla filwaqt li ħadila b’ideja, “u ommok Fiona De Pasquale”, żied jgħid fil waqt li wera lejn l-mara li Mariella kienet tefat ma l-art.
Fiona ħarset lejn Mariella u bit tbissima qaltila, “Tidher li taf tieħu ħsieb tiegħek inifsek. Issa importanti li titgħallem titkellem il-Malti u t-Taljan sew. Min għada inti tibda t-tagħlim tiegħek u jaqbel li sakemm tidra l-Malti sew ma tantx toħroġ min hawn biex ma tqajjimx suspetti ta’ xejn”.
Għal sitt xhur sħaħ Mariella baqat midfuna ġewwa d-dar tal Gudja filwaqt li Chris kien jkissira fil Malti u t-taljan. Mariella ma kienitx ġiet magħżula ta’ xejn. Il-ħeġġa tagħha biex titgħallem kienet fenominali u f’sitt xhur kienet f’pużizjoni li titkellem il Malti daqs l-aqwa Malti u għalkemm fil kitba tiegħu kienet għada daqsxejn lura kienet tista tinqeda tajjeb ukoll. Meta ra hekk Chris flimkien ma Fiona bdew joħorgu lil Mariella idur ma Malta iżda malajr indunaw li jekk fit tagħlim Mariella kienet tajba, biex titħallat ma ħadd ieħor kienet ħafna ahjar. Ma damitx wisq ma bdiet tagħmel ħbieb kull fejn kienet tersaq u għalhekk Chris u Fiona bdew jħalluha waħeda.
L-istess ġurnata li Mariella għalqet is-sena Malta hija xtrat bolla u impustat ittra li kienet ġabet magħha mil-Libja. L-ittra kienet indirizata lil Records Officer, Armed Forces of Malta. Tlett ijiem wara irċeviet risposta. Ġimgha wara Mariella kienet liebsa l-uniformi flimkien ma sitt rekruti oħra bħala Officer Cadet biex tilħaq fizjala. Kienet l-uniku mara fil grupp. Iżda dan iżjed milli qatala qalba, ġala tistinka iżjed biex tilħaq. Sena wara l-ingaġġ, Mariella kienet fuq ajruplan flimkien ma erba Officer Cadets fi’ triqitom lejn l-Italja.
Il-vjaġġ lejn l-Italja kien kwiet u trankwil iżda moħħ Mariella kien kollox barra kalm. Kienet taf li kif tirfes l-art Taljana kien sejjer jibda xogħola. Min naħa l-oħra l-qawl malti, “Bogħod mil għajn, bogħod mil qalb”, ma setax joħroġ min moħħa. Mariella kella sitta u għoxrin sena, tlieta u ghoxrin sena minhom għexithom il-Lhbja u fihom kienet tilfet lil omma u lil missiera għal għaqda favur il-ħelsien tal Palestina. Ħutha ma kelliex, u għalhekk li kienet daħlet membru tal grupp li kienet qeda’ tirraprezzenta bħalissa. Ir-rabja u l-mibeda li kella go fiha ghal P.L.O. kienet rażnithom billi issieħbet mal M.O.S.A.D., dejjem bil ħsieb prinċipali li xi darba tpattieha lil qattiela tal familja tagħha. Meta telqet mil Libja biex isservi lil pajjiża l-ħsieb kien għadu l-istess, iżda fit tlett snin li għamlet Malta, l-ħruxija f’qalba rtabet. Kienet intaqat ma Ġermaniż li kien jgħix f’Malta, ċertu Rudolph Walowsky u ħajieta ħadet xeħta oħra.
Rudolph kien rapreżentant tad-ditta Viola li kienet mibjugħa ġewwa Malta fis-Super Market tal l-Standa ġewwa tas-Sliema. Kienet intaqat miegħu waqt ħarġa li kienet għamlet biex tixtri libsa għal party. Ftit kellha aptit taqbad konverżazjoni iżda Rudolph kien persistenti tant li ċediet għat talba tiegħu. Iżda fl-ewwel ħarġa tagħhom Mariella qalet erba gidbiet waħda fuq l-oħra biex tagħtti l-veru identita tagħha u għalhekk Rudolph kien taħt l-impressjoni li Mariella kienet vera Maltija u li kienet vera interresata fil military. Meta Mariella kienet tarfitlu li kienet sejra tkompli t-taħriġ l-Italja Rudolph kien prova jibdilla fehmta, iżda Mariella għażlet li twaqqa l-argument u kien bi ġlied li kienu nfirdu. Ma sematx iktar min għandu sa dak in-nhar li ġiet biex titlaq. Hekk kif daħlet l-ajruport ta’ Malta ratu hemm bil qegħda fuq bank tal plastik iħares fuq ix-xwiek lejn l-arloġġ ta’ idu bla waqfien.
“Ma nistax noqgħod mingħajrek”, qalla hekk kif għanaqa miegħu.
Il-vuċi ta’ tfajla tavza lil passiġġieri biex jilbsu iċ-ċinturin qatalha ħesrem ħsibijieta. Kienu waslu l-Italja. Għal tlett xhur sħaħ Mariella niħiet kull ħsieb ta’ Rudolph minn moħħa, avolja kienet tirċievi ittra kull ħmistax min għandu. Hi ftit li xejn kella ċans tirrispondi l-ittri tiegħu u ġie li għada ‘ktar min xahar biex kitbitlu lura.
Il-lum kienu għadew eżatt tlett xhur bil-ġurnata u kif spiċċaw l-eżerċizju li kienu qegħdin jagħmlu, is-surġent informhom li ġimgħa wara kienu ħa jinżlu għal btala f’Malta u jitellaw ħmistax wara għal tlett xhur oħra. Kif daħlet lura f’kamrita Mariella fitxet l-aħħar ittra li kien bagħtila Rudolph u poġġiet bil qegħda biex tirrispondiha. Kienet illa li waslet ġimgħa u għalhekk basret li kienet tilħaq tasal oħra fl-istess żmien li hi kienet sejra terħiela lejn Malta għalhekk avżatu biex ma jibgħatx iktar għax x’aktrarx tkun diġa telqet. Mariella kienet kuntenta ħafna li kienet reġgħat ġejja Malta u kienet sejra terġa tara lil maħbub tagħha.
Kollox kien ipreparat u Mariella flimkien mal kadetti l-oħra kienet qegħda tistena l-coach tiġi biex tieħodhom l-ajruport meta suldat għajjatila, “Una lettera per lei, sinjorina”.
“Grazzie”, irrispondiet Mariella filwaqt li ħadet l-ittra f’idejha u qabdet l-bagallji għax kienet għada kif waslet il-coach li kienet sejjra tieħodhom l-ajruport. Fi triqitha lejn l-ajruport Mariella fetħet l-ittra u qrata. Kienet mingħand Rudolph. Skantat mhux ftit meta ma sabet l-ebda aħbar dwar jekk kienx ħerqan li ħa jerġa jara, jew jekk kienx sejjer jkun qiegħed jistenija l-ajruport ta’ Malta. Mariella ħasbet li Rudolph kien għamel hekk biex jinkieja, iżda mal wasla tagħha f’Malta hi ma sabet lil ħadd l-ajruport u għalhekk kemxejn irrabjata qabdet taxi għad dar. Kienet ilha biss għoxrin minuta li daħlet ġewwa meta ċempel it-telefon. Fiona irrispondietu u għajtet lil Mariella biex tieħdu hi għax kien għaliha. Vuċi maskili li Mariella ma setatx tagħraf qaltilha.
“Il-lejla kun il-belt għand l-Europa fis-sitta”, u qatat.
Mariella baqat siekta tħares lejn it-telefon, iżda meta sar il-ħin kienet bilqiegħda l-Europa tistenna lil min kien kellima.
Kienu s-sitta qegħdin jdoqqu meta raġel ismar, fartas u b’nuċċali li ftit kien konvinċenti fuq persuna bħal dik li kella quddiema, daħal fil ħanut, ġibet banketa u poġġa bil qegħda quddiema. Huwa ħares minn fuq in-nuċċali lejn Mariella u b’vuċi rrabjata staqsa, “Nista nkun naf x’inti tħawwad. Jaqaw idejaqt ħajja?”
Mariella ħarset lejh maħsuda iżda ma listnet l-ebda kelma filwaqt li refgħat it-tazza tal-kafe’ li kellha quddiema u studjat aħjar lil avversarju tagħha.
“Staqsejtek domanda” qall b’iktar rabja l-ieħor meta ma ħa l-ebda risposta.
Mariella ħarset lejh bil-għera filwaqt li qaltlu bl-istess rabja tiegħu, “Ma nafx xi trid tfisser”.
Għal dan il-kliem ir-raġel daħal idu fil but ta’ ġewwa tal ġakketta u ħareġ envelop kbir li newel lil Mariella. “Aqrah u aħarqu”, qalla bl-istess herra. “Għada fis-sitta narak għand l-Eddie’s”, spicca jgħid filwaqt li qam min bilqegħda u telaq il-bara. Mariella kienet pronta għamlet bhalu.
Hekk kif daħlet f’kamrita Mariella intefat bil-qiegħda fuq is-sodda u fetħet l-envelop. Għal l-ewwel kienet se tibki. Wara ftit qabada d-daħk u bdiet issostni li dan kollu kien xi ċajta ta’ xi ħadd. Iżda iżjed ma ħarġet ritratti u fatti iktar bdiet tidubida jekk xi ħadd kienx sejjer jieħu dak l-inkwiet kollu biex jagħmel ċajta. Damet nofs siegħa tqalleb l-informazjoni li kella quddiema, tiprova issib xi difett jew żbal f’dak li kella f’idejha, iżda meta ma sabet xejn waslet għal kunkluzjoni li fil fatt Rudolph Walowsky ma kien ħadd għajr Rutgar Malensky, aġent sigriet ta’ C.I.A.. Għal din l-informazjoni Mariella kesħet. Bdiet taħseb fil konsegwenzi li setgħat ġabet magħha kieku inqabdet min Ahmed Ben Ahziez titkellem u toħrog ma aġent sigriet ta’ C.I.A. Hija damet għal ftit ieħor bilqiegħda taħseb fuq l-aħbarijiet li kienet għada kif qrat iżda fl-aħħar qatagħta li iċċempel lil Rudolph, għalhekk bla ma tilfet aktar ħin ċemplitlu iżda għajr għal magna telefonika li avzata li Rudolph kien insdispost ma ħadet l-ebda risposta. Mariella ħalliet risposta mal magna, iżda meta siegħa wara, Rudolph kien għadu ma ċempilx, Mariella qabdet u telqet lejn id-dar tiegħu. Damet kwarta ċċempel u sagħtejn tipassiġa qabel ma reġgħat ipprovat, imma baqat ma ħadet ebda risposta.
Mariella telqet lejn id-dar min fejn reġgħat ċemplet iżda ħadet l-istess risposta negativa. Mariella qabdet l-envelop li kien ta ‘l kuntatt tagħha l-belt u wara li reġgħat flietu ħarqitu bil kontenut b’kollox. Meta kienet ċerta li ma għad fadal l-ebda ħjiel tal kontenut tiegħu Mariella nezat, nħaslet u daħlet torqod. Iżda torqod ma setatx. Moħħa kien mimli ħsibijiet. Fejn seta kien Rudolph. Għalfejn kien inganna. Tgħid kien jaf hi min kienet jew le. Tgħid għamila hekk biex ippatiela talli ma kienitx qaltlu l-verita. Kienet x’kienet il-verita, Mariella kien sejjra ikolla tistenna l-għada biex tkellem lil Rudolph. L-għada wasal wara lejl ta’ rqad interot kontinwament u fid-disa’ ta’ fil-għodu Mariella kienet l-Standa fis-sezjoni tal ħwejjeġ iżda għalkemm damet qatieh tfittex lir-Rudolph ma sabitux. Fl-aħħar mariella qatata li tistaqsi lil kaxxiera għalih. Il-kaxxiera kienet pronta rrispondiet li Rudolph kien ilu ħmistax bil leave għax kien mar għal vaganza ta xagħar x’imkien.
Din l-aħbar kompliet tkabbar il-ferita f’qalb Mariella. Ma kella ebda’ triq ohra x’tagħżel gġajr li tħalli ż-żmien jsolvi kollox. Kif kienet tas-Sliema niżlet sa Għar id-Dud min fejn niżlet togħom għawma. Fis-sitta ta’ fil ghaxija kienet bilqieghda ħdejn il-Juke Box ta’ l-Eddie’s b’tazza kafe’ f’idejha. Eżatt fl-istess ħin rega daħal ir-raġel li kien kelima l-ġurnata ta’ qabel.
“Fimtni?” staqsieha hekk kif poġġa bilqiegħda quddiema filwaqt li irrifera għal laqgha tal-ġurnata ta’ qabel daqs li kieku l-anqas biss kienu infirdu.
Mariella għamlet sinjal l-isfel b’rasa bħal turieja li kienet fhemitu.
“Xogħolok issa hu li titlaq lura l-Italja. Tmur Catanzaro, tfittex lil ċertu Monsignor Domingo li għandu jgħidlek x’għandek tagħmel. L-ajruplan jitlaq għada fis-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar”, temm jgħid filwaqt li qam min bilqeghda u telaq il-barra.
Mariella damet ftit ieħor bil qegħda, infatti ordnat Coke u tefat żewġt diski idoqqu. Kien aktar min nofs siegħa wara li ħarġet il barra.
Raġel li kien fil-kantuniera tat triq ħdejn kaxxa tat telefon daħal fil kaxxa tefa’ munita u għafas sitt numri, “Ġejja,” kien kull ma qal u reġa’ poġġa t-telefon f’postu.
Mariella rħitilla għal tat taxi, iżda f’daqqa waħda dahret mat teatru l-imwaqqa u telgħat għal ħdejn Kastilja min fejn baqat sejra bil mixi għal Barraka ta’ fuq. Il-post kien laqata mill ewwel darba li kienet marret hemm. Dik il-veduta li kien hemm kienet issaħħara u tikalma. Tagħtija ċans biex tirrifletti u taħseb fuq li kien ġara. Ma setatx tifhem kif kienet irċievit ittra min Malta mingħand Rudolph jumejn qabel ma telqet mil Italia meta fil fatt kien imsiefer. Hu għaliex kien siefer u ma qala xejn fl-ittra tiegħu. Tgħid kien jaf hi min fil verita kienet.
“Lajla, Lajla”, instemgħat vuċi feminili tagħjat. Mariella refgħat rasa maħsuda filwaqt li ħarset ma dwara. Għajnejha iltaqaw ma dawk ta’ Yanuska Mohamed, ħabiba lil kella l-Libja.
“Skuzani ta, naħseb li qegħda tħalatni ma xi ħadd ieħor”, qalet bil malti pur Mariella. Hi hu tghid hekk osservat żewġt t’irġiel iħarsu b’ċertu interess lejha.
Yanushka saret ħamra nar filwaqt li baqat issumata fejn kienet. “Skuzani”, qaltilha. “Tixbaħa ħafna”, u ħarbet min fuq il post.
Mariella ma tkelmet xejn u reġgħat baxxiet rasa lejn l-art.
Sakem seħħ dan kollhu wieħed miż-żewġt irġiel li Mariella oservat iħarsu lejha kien daħal idu fil but u ħareg ritratt li wera lil sieħbu. Dan ta daqqa l-isfel b’rasu u telaq għal tal gabana min fejn uża t-telefon.
“Għada l-barrakka”, qal wara li vuċi fuq n-naħa l-oħra staqsiet kif kienet għada ma waslitx fejn tat-taxi.
“X’nagħmlu neħilsu minnha?” reġa’ staqsa r-raġel min ġol gabbana. “Iva, hawn naqra mhux ħażin”, irrisponda għad-domanda ta l-ieħor `jekk kienx hemm ħafna nies. “Kollox sew insegwuha biss”, kompla u poġġa t-telefon postu. Ħallas u telaq lura fejn sieħbu. “Insegwuha biss”, qall lil siehbu u telqu ħdejn il bieb tal barrakka. Kienu ilhom xi kwarta meta Mariella ħarġet min hemm. Ftit iktar l-isfel, sejħet taxi u telqet id-dar. Kif daħlet sabet lil Fiona tistennija. “
“Kien hawn raġel staqsieni għaliek, ma naħsibx li hu malti għalkemm tkellem bil malti sew”.
“Rudolph?” staqsiet Mariella fil pront.
“Ma nafx”, irrispondiet Fiona. “Ma ħalliex messaġġ l-anqas. Ried ikun jaf fejn int iżda meta għadtlu li ma nafx telaq il-barra”.
Qalb Mariella bdiet tħabbat sitta sitta, bdiet taħseb li Rudolf kien ġie lura biex iħoll il-kobba ta’ bejniethom. Għalhekk kienet pronta telat f’kamrita u ċemplitlu iżda għat telefonata tagħha ma ħadet ebda risposta għalhekk neħħiet ħwejjiġa min fuqha libset shorts u T-shirt fuqa u bdiet tagħmel ftit eżerċizju fiżiku. Wara siegħa eżerċizju, Mariella daħlet tinħasel. Kienet għada fid-doxxa meta daqq it-telefon. Mariella ħarġet bħal għafried min ġod doxxa izda sakemm dawwret ix-xugaman magħha Fiona kienet diġa rispondietu u nstemgħat tajjatilha. Mariella kienet pronta reffat it-telefon u vuċi li għarfet bħala tal informatur tagħha qalla
“Qiegħda tiġi segwita, hemm karozza Fiat ħamra wara l-bieb, bi tnejn min nies fiha”, kompla. “Itlaq minn hemm issa. Toħroġġ min quddiem, għaddi min wara. Ħu kollox miegħek. Tħalli lil ħadd jarak. Ibqa sejra l-ajruport. Aqbad l-ajruplan ta’ l-għaxra u nofs għal Ruma. Għandek kollox Counter 6. Titlaq ma KM405. X’ħin tasal Ruma issib min jisteniek”, u qatgha.
Mariella poġġiet it-telefon f’postu u marret bexqet il-purtiera tat-tieqa. Il karrozza kienet hemm. Hija telqet il-purtiera f’posta u marret tlesti. Nizlet isfel u wara li selmet lil Fiona staqsieta għal bieb ta wara. Fiona xenglet rasha. “Ma għandniex”, qaltila.
Mariella tfanstet. Min quddiem ma setatx toħroġ u bieb ta’ wara ma kienx hemm. Ħin kien baqala siegħa u nofs eżatt. Triq waħda kellha x’tagħżel – il-bejt. Mariella ma damitx taħsiba u erħitila għal fuq il-bejt. Hija bdiet taqbeż min fuq bejt għal ieħor qiesta għafried. Iżomm fid-dell kemm tista biex ma tidirx. Kienet qabżet tmien t’ bjut meta f’daqqa waħda ħareġ għaliha kelb tal wolf qiesu żiemel. Mariella inħażdet iżda b’daqqa waħda stordietu u baqat sejra. Kienet waslet f’tarf il-bjut u ma kienx baqala x’tagħżel għajr li tinsel l-isfel. Mariella ixxabtet għal mal katusa tal fuħħar li kien hemm fuq wara. Kienet kważi waslet isfel meta f’daqqa waħda l-post xegħel, fil waqt li alarm bdiet idoqq b’saħħa tremenda. Mariella inħasdet u qabżet l-aħħar sit peidi li kien fadal għal ġol ħaxix. Bil kemm leħqet messet ma l-art li ma telqitx tiġri u qabżet għal ġot triq. Baqat tiġri sakemm kienet waslet fil by pass u ma waslitx minuta tard għax għaddew żewġt karozzi tal puluzija riħ, x’aktarx biex jirrispondu l-alarm. Mariella daħlet fid-dell tas siġar u damet hemm madwar ħames minuti filwaqt li irriflettiet il-pużizjoni tagħha. Biex tasal l-ajruport bil mixi riedet madwar nofs siegħa. Ħin kella biżżejjed iżda kienet se tkun viżibli ż-żejjed. Taxi ma setatx taqbad għax telefon ma rieditx tuża. Kienet għada t-tela’ u tniżżel meta spluzjoni qawwija qatatila ħsibijieta. Mariella ma setat tara xejn u peress li ma riditx taħli ħin qatata li taqbad mixja. Kienet għada kif ħarġet mid-dell meta lemħet trakk gej lejha. Mariella ħasbet malajr filwaqt li reġgħat daħlet fid-dell. Hekk kif it-trukk kien livell magħha, ħarġet tiġri u ħatfet ma wara tiegħu. Bl-iċken sforz Mariella qabżet ġewwa l-kaxxa u niżlet kokka. Baqat hekk sakemm it-trakk wasal mar round about li taghti għaż-Żurrieq. Kif it-trukk naqas biex jdur Mariella qabżitlu. Issa l-ajruport kien tefa’ ta’ ġebla l-bogħod. Bejna u bejn ruħa Mariella bdiet tirringrazzja lil Ben Ahziez u lil armata maltija ta l-eżercizju li kienet ħadet.
X’ħin waslet fejn il kounter numru 6 Mariella preżentat l’I.D. card u l-air hostess kienet pronta tagħta kollox. Wara nofs siegħa Mariella kienet fi triqitha lejn Ruma.
Rudolph Walowsky ħares ma dwaru, kien ċert li kien qiegħed jiġi segwiet iżda ma seta jara lil ħadd għalhekk ħafef il pass u daħal f’l-ewwel ħanut li sab. Baqa’ wara l-bieb u skanta mhux ftit meta ra lil sieħbu miexi fid-dell iffittex fejn seta mar hu. Rudolph ħallieh jagħdi u ħareġ warajh. Dam ftit sejjer hekk meta f’daqqa waħda sieħbu waqaf u ħares warajh. Rudolph infaqa jidħaq iżda l-ieħor baqa serju.
“X’ġaralek?” staqsieh Rudolph bid-daħqa.
“Ibqa miexi u titkellem xejn”, irrisponda l-ieħor. “Niltaqaw Kafe Roma, kwarta oħra”.
Rudolph baxxa rasu u baqa sejjer. Moħħu beda iberren fuq x’seta ġara. Normalment kien jirċievi envelop bl-informazjoni kollha nexxesarja. Bil fors li kien inqalla xi ħaġa serja biex kien ġie iffitxu sieħbu Mikel.
Hekk kif wasal Kafe Roma, Rudolph intefa bil qiegħda fil mejda favorita tiegħu u bla kliem il-waiter ġablu whisky dopju bis-silġ. Kien ilu bil qiegħda ħames minuti meta tfaċċa Mikel. Hekk kif daħal ordna brandy u baqa sejjer bih lejn il mejda fejn kien bilqiegħda Rudolph.
Rudolph refa’ għajnejh lejn sieħbu hekk kif dan poġġa bil qiegħda quddiemu. Micheal ħares lejh u b’leħen kemm kemm jinstema qallu, “Taf x’inti tagħmel?”
Rudolph ħares lejh biex jurieh li ma kien fehem xejn u għalhekk Mikel kompla, “Mariella de Pasquale jew aħjar Lajla Takir, membru attiv tal grupp M.O.S.A.D.
Rudolph kesaħ, qabad it-tazza tal wisky u battala f’daqqa. Il-waiter donnu kien għassa tiegħu għax kien pront ġablu ohra. “Kif?”, kien kull ma felah ilisen hekk kif għadielu x-xokk min fuqu.
“X’inhu xogħola Malta ma nafx”, kompla sieħbu. “Iżda li hu żgur huwa li s-superjuri tagħna ma ħadu pjaċir xejn b’din l-aħbar u qegħdin jissuspettaw li hija xi spija li irnexxiela tiskopri int min int.”
Rudolph baqa’ sieket għal ftit tal ħin, “X’se nagħmel?” qall wara li ħaseb ftit.
“Hawnhekk għandek kollox”, reġgħa l-ieħor filwaqt li ħareġ envelop kannella u għadieh lil sieħbu.
Rudolph ħa l-envelop u tefaw f’ħoġru. Michel xorob il-brandy li kellu quddiemu, sellem lil Rudolph u telaq il-barra. Rudolph xorob il-wisky li kellu quddiemu, ħallas ta’ kollox u telaq il-barra ukoll. Dam qatieħ jidilebera x’kellu jagħmel, iżda fl-aħħar qatagħa li jitla d-dar u jara x’kien fih l-envelop. Kif daħal fil flat Rudolph fergħa wisky ieħor u infexx ferneżija ta’ rabja fil waqt li beda jagħti bis-sieq u bil pon fuq il ħajt.
“Għaliex, Għaliex jien. Għaliex lili”, beda jgħajjat waħdu fil flat. “Kemm kelli nkun sfurtunat f’ħajti”, beda jisħet xortiħ Rudolph.
Daħal fil kamra tas-sodda bl-envelop f’idu l-leminija u bil flixkun tal whisky f’idu l-oħra. Intelaq fuq is-sodda. Ħataf ir-ritratt ta’ Mariella f’idu biex iqattaw iżda ma felaħx jagħmel dan. Minflokk f’moħħu ġab stampa ċara tagħha għarwiena laħam ħierġa mil kamra tal banju u dieħla fis sodda ħdejh. Ħass dak laħama artab qiesu belus u ħassa titried taħtu. Ħass il-ħlewa ta’ imħabita u l-biża ta dak li kienet qegħda tagħmel għal l-ewwel darba. Fehem u induna li din kienet l-ewwel darba u kien ħabba fuq li ħabba ta dan. Dak sidhira abjad kbir. Dak laħama abjad. Il-karba ta sodisfazjon ħierga min ġo fiha. Il-mistħija taghħa wara li kienet għaddiet il-pasjoni. Il mumenti magħnqa miegħu. Kollox ġieħ lura f’dawk il-ftit sekondi li dam mitluq fuq is-sodda.
“Le, le, ma jistax ikun li traditni”, qal b’diterminazjoni Rudolph filwaqt li ftakar fil passat qarib. Ftakar fl-imħabba li kellu f’pajjiżu ‘Rita Lomberg’. Dik ukoll kienet imħabba sinċiera. Imħabba li spiċċat tort ta ħaddiehor. Rudolph ftakar fil mumenti ta’ pasjoni li kellu ma l-ewwel maħbuba tiegħu. Bħalu, kienet membru ta’ l-SAS Ġermaniża. Bħalu kienet tgħix mumenti ta taqtieħ il-qalb u Rudolph kien ħabba fuq hekk. Kienet tfajla kuraġjuza u ta’ gatz, iżda ma t-tfal kellha qalba taz-zokkor. Rudolph kien iltaqa magħha waqt kors ta taħrieġ u għalkemm kienet tfajla ma kienitx avversarju faċli. Kull min jagħmel dan ix-xogħol jaf il-periklu li fih u jaf li x’imkien hemm skartoċċ jew balla b’ismu fuqha. Kien imħabba f’hekk li l-għaqda kella żewġt regoli tad-deheb. L-ewwel waħda kienet li kull membru tagħha jieqaf jieħu parti attiva kif jagħlaq il ħamsa u tlettin sena (jew qabel jekk jmut) kien żied xi ħadd waqt il-lagħqa t’ ingaġġ. It-tieni waħda kienet li waqt xi stħarieg, spjunaġ, eżerċizju u kull tip ta attivita li kienet issir mill membri f’isem l-għaqda, l-membri attivi riedu jilbsu lbies protetiv. Rita kienet waħda li timxi bil pinna u l-klamar ma din il-liħi u biċ-ċajt kienet tgħid li l-libsa għad trid issalvala ħajjita. Iżda ma kellix tkun.
It-tnejn li aħna konna fuq misjoni ġewwa Mosko u konna t-tnejn libsien sew. Jekk xejn kienet tilqa l-kesħa. Dħalna f’motel taparsi miżewġin u ħadna kamra fis-sular t’isfel. Kollox kien miexi ħarir u meta tkun tnejn min nies waħdek f’pajjiż barrani titrabba ċertu rabta u mħabba inspjegabli. Konna għas sħana tal kamra u Rita kienet bidlet bin night dress filwaqt li jiena lbist il-pigama u dħlat fis-sodda. Meta lestiet tieħu rendikont tal ġurnata Rita qamet min mal mejda u kienet dieħla fis-sodda. F’daqqa waħda infetaħ il-bieb tal kamra. Daħlet buffura ta’ arja kiesħa u tfaċċat persuna. Sakemm daħalt idi taħt l-imħadda fejn kelli l-arma moħbija instema tir, ieħor u ieħor. L-ewwel ħsieb li għadieli min moħħi kien li l-balla b’ismi kienet waslet. L-bieb reġa’ inalaq u waqa skiet perfett. Meta dehril li ma kont qiegħed inhoss ebda uġieħ warabt lil Rita min fuqhi. Ideja ċċapsu b’likwidu jaħraq. Xegħelt id-dawl tal kamra u rajt lil Rita wiċċha l-isfel b’tlett tiri f’dahra bid demm aħmar jimla l-kutra u it-tapit tal kamra. Kienet għada ħajja iżda mhux għal bosta. Bla ma tlift xejn ħin ilbist par ingwanti u fittixt fil basket tagħha. Ħrigt siringa li kont naf li ħa insib hemm u ħarist lejha bil ħniena. Rita għamlet muvument ċkejken b’rasa bħala sinjal ta iva u jiena bla ma tlift aktar ħin injetajt dak l-ilma aħmar qattiel għal ġol vini tagħha. Kienet mejta f’inqas min tlettin sekonda. Dħalt fil kamra tal banju, neħħejt l-ingwanti u tfajthom fin-nar li kien hemm fil kamra tas sodda. Erġajt dħalt ninħasel ta’ malajr, ilbist, dawart lil Rita wiċċa l-fuq, neħejtila d-dokumentazjoni kollha li seta kella bħala iddentifikazjon u ħrabt min fuq il post.
L-ironija tax-xogħol tiegħi hija din. Meta jinqala xi ħaġa hekk trid iddabbar rasek. Għal ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu kont fuq l-ajruplan fi-trieqti għal Ruma. X’sar min Rita ma sirt naf qatt aktar. Itrenjat kemm tkun itrenjat u mħarreġ kemm inti mħarreġ dawl il-mumenti huma diffiċli ħafna għal kulħadd. Kull darba li bdejt nagħlaq għajnejha bdejt inġieb lil Rita taqa’ fuqi u f’daqqa waħda intbaħt li bla ma bsart ġisimha x’aktarx li kien salvali ħajti. Bdejt inħossni ħati li kienet ħtija tiegħi. Kien għalhekk li kont intbat Malta biex ninsa u indari naqra.
Ħsibiejiet Rudolph inqataw ħesrem meta ċempel it-telefon. Rudolph qam jirrispondi. Kien sieħbu Micheal. Kull ma qallu kien, “Din hija l-aħħar biċċa xogħol tiegħek magħna, qiegħed tiżbalja wisq”, u qatta.
Wiċċ Rudolph sar abjad karti. Kieku qatawlu rasu dak il-ħin ma kienitx toħroġ qatra demm. L-espresjoni li kien għadu kif semgħa, kien sfortunatament familjari magħha. Kienet tfisser li kien sejjer jintbat għal xi misjoni li kien impossibli li joħroġ minna ħaj, u jekk jirnexxielu joħroġ ħaj minna, l-Għaqda kienet tieħu ħsieb tibat tnejn min nies biex jeliminawħ. Għal l-għaqda Rudolph kien bniedem fallut. Bħal tuffieħa ħażina f’għalqa tajba.
Moħħ Rudolph beda jaħseb kif seta’ jdabbar rasu bla ma jidher iżda għaraf ukoll li bħall issa ma setax jiċċaqlaq għax żgur li kien segwiet u mgħasses tajjeb. F’daqqa waħda Rudolph ftakar fl-envelop li kien taħ Micheal. Rudolph fethu u firex il kontenut tiegħu fuq is-sodda. L-ewwel ma sab kienu sett ta’ ritrati tiegħu ma Mariella. Fosthom sab tnejn, b’ Mariella fis-sodda miegħu fid-dar tiegħu stess. Hawnhekk Rudolph induna kemm kien fil verita laxka s-sigurta tiegħu. Ħassu umiljat li sħabu kienu għassa tiegħu u li sa daħlulu f’daru waqt li kien qiegħed jinamra. Iktar ma beda jaqra u jqalleb, iktar induna kemm ma kienx ġie vdat u kemm kienu għassa tiegħu. Moħħ Rudolf kien tajjeb u pjan malajr għamel, iżda Rudolph kien ċert li biex iwwetqu ried bilfors l-ewwel jeħles min minn kien għassa tiegħu. Is-sistema li biha kienet topera is-CIA kien jafgħa għalhekk bla ma ħela xejn żmien beda jdur ġod dar iffittex għal telefons żgħar li kien żgur li ħa jsieb. Meta qalla l-cover tar-riciever Rudolf sab transmitter żgħir. Għal l-ewwel Rudolf kien se jkissru iżda wara ftit dehrul li kien aħjar li ma juriex li kien fehem il-logħba tagħhom. Wara ftit ta ħin iehor Rudolf sab il-kamera. Kienet fil kamra tas-sodda. Għalhekk Rudolph iddiċieda li bla ma juri li saba’ jieħu l-attivita tiegħu fil kcina. B’kollox Rudolf sab sitt mikrofones. Wieħed f’kull kamra u żewġ cameras. Rudolf beda jipjana x’kellu jagħmel. Hu fehem mill l-ewwel li jagħmel x’jagħmel kellu jwettaq dak li is-CIA kienet prepareat għalieh. Għalhekk Rudolf reġa daħal fil kamra tas-sodda. Qabad l-envelop u mar bih fil kċina. L-ordnijiet kienu sempliċi ħafna. Il-karta li kien ingħata kienet tgħid hekk.
Aqbad l-Alitalja ta nofs il lejl minn Malta. Biljett fl-envelop l-abjad. Tasal Ruma daqs siegħa wara. Hemm tistennik tfajla. Min hemm tieħu aktar informazjoni. Aħraq din il-karta. M’hemmx għalfejn nagħdlek, jekk tinqabad u tiġi nterrogat aħna niċħdu kull konoxenza tiegħek.
Rudolf qabbad il-karta go l-ashtray li kellu fuq il-mejda u qadd iħares lejha taqbad sakemm kien ċert li kienet saret irmied. Qam, mar fejn it-telefon, fetah il-kappa tar-riciever, nehha t-transmiter min ġol receiver u ċempel ghat-taxi, biex tiġi għalieh għal ħdax dik il-lejla. Poġġa it-transmiter f’postu, mar ħa doxxa u wara li għamel l-iżveljolin għal għaxra daħal jorqod.
Għal ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu Rudolf ġabar il-bagalja tiegħu mil magna fit-terminal ta Ruma. Ħares ma dwaru iżda meta ma għaraf lil ħadd poġġa bil qiegħda fuq sufan iħares lejn il-counter ta’ l-airhosteses. Ma kienx ilu bil qieghda aktar min żewġ minuti meta resqt fuqu tfajla u qaltlu,
“Signor Wolowsky, venga con me”, daret u telqet il-barra.
Rudolph qam jiġri u telaq wara t-tfajla. Saba barra tistenieh bil-bieba ta’ karozza miftuha.
“Prego”, qaltlu x’ħin ratu jħares lejha filwaqt li għamlitlu sinjal biex jirkeb.
Rudolf rikeb kemm xejn inċert. Kien jitkellem tajjeb b’erba lingwi iżda sfortunatament it-taljan ma kienx fis-sillabu tiegħu. Għalhekk ħares lejn it-tfajla u qalla,
“You speak English?”
“Un po”, irrispondiet hi.
“Where are we going?” reġa staqsa Rudolf
“Pizo”, qalet hi.
“Why?” reġa’ staqsa
“Devo cercare un Signior Domingo”, listnet hi filwaqt li ħarset mill mera tan-nofs biex tara warajha. “Credo che stiano inseguendo”, qaltlu wara pawsa qasira.
Rudolf ħares warajh u ra li kellu tnejn min l-iskwadra tiegħu stess issuqu warajh bħall donhom id-dell tiegħu. Hu fehem mill l-ewwel min kienu u basar li jekk kellu jaħrab kellu jaħdem b’attenzjoni kbira.
Mariella De Pasqualle qamet bil qiegħda imxarba għasra, izda flok waqfet dahret wiċċha l-isfel u fuq il-ponot ta’ subgħaja għamlet kwarta tiela u nieżla sakemm għamlet mija u għoxrien puxh up. Kienet ilha mill ħamsa u kwart ta’ filgħodu mqajma. F’moħħa kellha stampa ċara ta x’kellha tagħmel u hi kienet taf li xogħola ma kellux jibda qabel is-sitta ta’ filghaxija ‘żda hi kienet qamet kmieni xorta għax hekk kienet magħlma. Mariella qamet mil art, għamlet ftit eżerċizju iehor ta stretching u ħarget tagħmel ġirja. Damet tiġri sagħtejn u nofs u meta waslet lura baqat dieħla ghad-doxxa. Meta lestiet Mariella daħlet fil kċina, għalliet bajda, żewġ biċċiet ħobż mixwija u tazza te’. Meta lestiet żbarazat il-mejda u reġgħat telqet il-barra. Marret passiġata.
Għal Mariella dan kien kollu naturali. Is-snin kollha ta adestrament kien ħadem tajjeb fuqa. Iżda ħaġa ta’ l-iskantament kull meta kienet tasal għal xi misjoni kienet dejjem tiftakar fil passat tagħha.
Dak il-ħin Mariella bdiet tiftakkar meta kienet għada daqsxejn ta tifla tilgħab fil ġnien ta’ omma u missiera. Kellom dar sabiħa. B’żewġ sefturi u xufier. Missiera kien uffiċjal għoli tal gvern u ommha kienet għalliema l-universita ta’ Bengazi. Ftakret ċar daqs il kristal meta rat il-karrozza b’bandiera ħierġa mil bieba ta wara titfa xi ħaġa għal ġo d-dar tagħhom u l-ħoss qawwi ta’ wara. Ma ftakret xejn iżjed mill incident għajr li hi qamet ġo sodda l-isptar infaxxata min rasa sa saqajha. Għadiet ġimgħa f’din il-pożizjoni, tqum u torqod bla kont tal ġurnata u tal lejl, sakemm fl-aħħar bdew ineħħula l-faxxex naqra, naqra. B’kollox għamlet xagħar u nofs l-isptar iżda Mariella saret taf bil mewt tal ġenituri tagħha flimkien ma ż-żewġ sefturi lejliet ma ġiet mibgħawta l-barra mill isptar. Kif ħarġet min hemm sabet lix-xufier jistennija b’karrozza zgħira ħadra u mhux b’dik uffiċjali li qabel kien jiġi għal missiera biha. Hu għanaqa miegħu għal ħin twil u wara ħada id-dar tiegħu ftit il barra min Tabruk. Hawnhekk Liala Takir għexet għal tnax il sena sħaħ. Tnax il sena li fihom ġiet mimlija kontra l-Palestinjani b’kull mod possibli u għalhekk ma kienx b’kumbinazjoni li kif għalqet is-sittax il sena Lajla riedet bilfors tagħmel parti mil MOSAD. Kien b’difikulta kbira li għamlet kuntat magħhom u kien b’difikulta ikbar li biss aċċettaw li jkellmuha, iżda min hawn u min hemm Lajla rnexxiela tidħol. Ftakret fl-umiljazjoni ta’ l-ewwel ftit xhur meta kellha tagħmel kollox ma l-irġiel, tiekol magħhom u fuq kollox tideffendi ruha mil abbużi tagħhom fir rigward tagħha. Dan l-attegament dam ftit xhur biss għax Liala malajr uriet li kienet hemm biex tibqa u kien biss saħħa tagħha li fi żmien sentejn il MOSAD bdiet taċċetta rekruti nisa, filwaqt li għamlet kwartieri ġghir għalihom u kienet Lajla stess li bdiet tgħalimom.
Lajla kienet tajba f’kollox, iżda l-ispeċjalitajiet tagħha kienu tlieta. L-armi, l-arti marzjali u l-kapaċita kbira li kella biex tibdel il-personalita tagħha.
L-ewwel biċċa xogħol li nagħtat Liala kienet li tisostitwixi l-mara ta’ Ministru libjan Jesmal Ataguli bla ma ħadd jkun għal korrenti ta’ x’kien se jiġri għajr għal mara tal ministru stess. Il-pjan mexa ħarir tant li fil għaxija meta l-mara tiegħu giet lura id-dar il Ministru baqa imbellah jara żewġ nisa l-istess u ġie f’dubju liema fil verita kienet martu. Din il-logħba ma saritx għal xejn imma għax dan il ministru kien kontinwament jopponi l-preżenza tan nisa fil MOSAD u kontinwament sostna li kienu qiegħdin hemm għal xejn. Wara din il-prova ma għadda l-ebda kumment ieħor.
Meta kien għadda xi xahar min fuq din il biċċa xoghol Liala ġiet mgħotija biċċa xogħol iktar serja. Hija kella tieħu bagalja go hotel sorveljat tajjeb ħafna. Kellha struzjonijiet eżatti. Il-bagalja kella tiħoda fl-aħħar letrina ta’ l-irġiel, li kien hemm go l-lukanda u tħallija hemm. Minflok kella toħroġ bagalja li ssib hemm. Lajla marret erba darbiet il-lukanda tistudja s-sigurta t’hemm. Kull darba li marret hija kienet persuna differenti u meta daħlet biex twettaq il-pjan, dahlet liebsa ta raġel u ħarġet liebsa ta mara tqiela. Qalb Liala bdiet tħabbat sitta sitta meta daħlet fil hotel. Irreġistrat taħt isem falz sintendi liebsa ta’ raġel u tablet għal letrini. Malli għalqet il-bieb tal letrina warajha Liala notat li fuq il-ħoġor tat tieqa kien hemm bagalja. Bla ma tilfet xejn żmien Liala bidlet il bagalji, bidlet id-dehra tagħha u telqet il-barra.
Dan kollu kien fil passat. Mariella ħtiġiela tikkonċentra fuq il present. Xogħla illum ma kienx daqshekk sempliċi. Illum kella tidħol fid-dar ta’ ċertu Monsenjor Domingo u tisraq xi dokumenti li kellu fil pusses tiegħu u li kellhom x’jaqsmu mal missili li kienu ġew sparrati fuq pajjiżha. Kienet diġa marret fejn id-dar kemm filgħodu u kemm mal lejl. Marriella kienet informata li l-uniku moment li setat tidħol fid-dar kien meta jkun dieħel xi ħadd min barra għax kienu jitfu l-alarms li kien hemm fil ġnien. Iżda ħadd ma kien jaf x’alarms kien hemm ġewwa. Għalhekk Mariella qatgħata li tmur tistaħba fejn id-dar bit-tagħma li titkixxef iżjed. Għal ħabta tal ħamsa ta’ filgħaxija Mariella kienet moħbija ġo sigra fuq il-ġnien tad-dar tas Sur Domingo. Tistaw taħsbu kif baqgħat meta fis sitta tfacca Rudolph Walowsky. Mariella xtaqet tkellmu iżda fl-istess ħin ftakret li kien spjun ukoll. Mariella qatata li tidħol warajh. Kienet kważi niżlet mis-siġra meta osservat tnejn min nies oħra mixjien wara Rudolf qieshom qegħdin jsegwuh. Għalhekk Mariella baqat fejn kienet. Hija rat liż-żewġ irgiel jistaħbew fil ġnien. Wieħed wara xitla tal lantana forma ta kaxxa u l-iehor baqa’ sejjer għal taħt it-taraġ tal bieb ta’ barra.
Rudolf ma kellu l-ebda problema biex jidħol għax kif wasal fejn ix-xatba ta’ barra, infetaħ il bieb tad dar u Rudolph ġie mistieden jidħol ġewwa. Kif ingħalaq il-bieb warajh Mariella osservat li inxtellu sensiela ta’ dwal irqaq ħomor li ramew sinsila ta linji ħomor tul il-ġnien kollu. F’daqqa waħda ir-raġel li kien moħbi that it-taraġ dehr ħiereġ jiġri. Bil fixla laqgħat wieħed mir-raġġi l ħomor. F’daqqa waħda deher jogħla fl-arja u jinstabat ma l-art. Dam jiccaqlaq għal madwar minuta ‘żda mbad ma iċċaqlaqx iżjed.
Sieħbu li kien moħbi wara ix-xitla ma iċċaqlaqx. Ma għamel l-ebda sinjal li rried jgħin lil siehbu. Mariella ma setatx ma tamirax is-sens ta’ dixxiplina li kellu. Hija baqat hemm tħares fuq ir-raġel ta’ taħta u lejn il bieb ta barra tad-dar fl-istess ħin.
Meta reġa infetaħ Mariella ħarget il-pistola mil but u mal ħoss tal bieb jingħalaq ikkargata biex b’hekk ħbitila l-ħoss. Ma kienitx taf x’se tistenna iżda kient lesta għal kull ma seta jinqala.
Rudolph ħareġ mil ġnien b’baskett f’idejh. Waqaf għal ftit sekondi jħarres lejn sieħbu mitluq ma l-art u baqa’ sejjer qisu qatt ma kien xejn. Ir-raġel l-ieħor li kien mistoħbi wara l-lantana kien pront ħareġ wara Rudolph mil ġnien. Rudolph waqaf eżatt taħt is-siġra fejn kienet Mariella fil waqt li l-iehor tela bil mod min warajh u bil pistopla f’idu għajjatlu. Rudolph ma dehrx maħsud anżi bi tbissima fuq xoftu dar lura u qallu.
“Kont qiegħed naħseb fejn int. Xi ġralu Vitrich?” kompla fil waqt li ra lil sieħbu quddiemu.
“Laqat raġġ aħmar. Taħsbu beda l-bierah f’dan ix-xogħol. Kien moħbi taħt it-taraġ, ma nafx għalfejn ħareg jiġri”, irrisponda r-raġel l-ieħor.
“Dejjem kien naqra mpulsiev”, reġa Rudolph waqt li wera b’idu lejn il pistola f’idejn sieħbu.
“Taf għalfejn qiegħed hawn jien Rudolph. Int għandek tiġi eliminat. Bagħtu lili għax jafu li nafek sew. Jidispjaċini ‘mma inti taf li jekk ma neliminakx, jeliminaw lilli ukoll.
Mariella ma stenietx iżjed u bil pistola mmirrata lejn ras ir-raġel quddiem Rudolph literalment waqgġat mis-sigra. Il-pistola faqgġat ma ras sieġeb Rudolph li waqa’ ma l-art qiesu biċċa ġebla. Rudolph inħasad ukoll u sakemm Mariella qamet fuq saqajha kien diġa bil pistola f’idu. It-tnejn li kienu baqaw iħarsu lejn xulxin bla ma tkellmu għal ftit sekondi. Wara ftit Mariella qalet, “Naħseb it-tnejn li aħna għadna ħafna gideb lil xulxin”.
Subgħajn Rudolph telaw għal fuq xuftejha, “Tkompliex”, qalla min taħt l-ilsien. “Irrispondini għal din biss u kun sinċiera”. Waqaf għal ftit qiesu inċert kif se jkompli. “Tħobbni?” staqsieha wara ftit eżitazjoni.
Mariella ħarset f’għajnejh u filwaqt li għanqitu magħha qaltlu, “Iżjed milli nħobb lili nnifsi. Jekk ninqabad miegħek jtajruli rasi għax jafu min int”.
Rudolph infaqa’ jidħaq, “L-istess jien, iżda lest nieħu dan ir-riskju. Wara kollox dejjem jista jaqa’ xi ħadd min xi sigra bla mistenni. Jiena għandi pjan jekk trid tiġi miegħi”.
“Iva irrid”, irrispondietu Mariella.
“Mela tlaqna”, reġa Rudolph.
Mariella u Rudolph rikbu ġo karrozza li kien hemm ipparkjata kantuniera l-bogħod. Fuq is-seat ta’ wara kien hemm basket b’xi affarijiet. L-ewwel ma ħareg minnu kienu żewġ parrokki. Waħda ta’ lil Mariella u l-oħra libisa hu. Mariella tbismet x’ħin ratu jinbidel min wieħed b’xagħru mqaxxar għal wieħed b’xahar sa l-ispalla. Wara Rudolph libes imnieher tal lastiku u par xuftejn verament naturali filwaqt li tefa’ misluta f’widnejh u libes ġakketta tal ġild, kollha żippijiet. Mariella ma qaditx lura u f’kemm trod salib ġiet iktar tixbah xi rocker milli tfajla tal militar.
Rudolph saq il karrozza għal go triq imwarba min fejn niżlu u fetah il bieba ta wara. Ġol bagol kien hemm żewġ elmijiet flimkien ma stikka dynamite. Wara li qabad niċċa twila magħha Rudolph xegħla u flimkien ma Mariella ħarab min fuq il-post. Għalkemm ma rawx il karrozza tieħu n-nar għax kienu diġa dbedu biċċa sew, l-ispluzjoni instemgħat sew. Wara li mxew għal kwarta oħra Rudolph waqaf fejn bini nofsu mwaqqa u wara li neħħa tlett twavel min nofs, quddiemhom tfaċċa mutur Yamaha Viago 1000cc il ġmiel tieghu. Rudolph ħareġ il mutur il barra, startjah u irħewla għal għonq it-triq.
Wara ġurnata jivjaġġaw bla waqfien, it tnejn għajiena mejta waqfu f’post qrib il fruntiera ma Vienna fejn wara li kielu ikla tajba ħadu kamra fejn setgħu jorqdu u jinħaslu.
Kien għal ħabta tal ħamsa ta’ filgħodu meta ħoss ta helicopter ġiel lir Rudolf iqum bil qiegħda fis sodda. Kien se jmiss lil Mariella iżda din kienet diġa ħarġet mis sodda u bil pistola f’idejha kienet qiegħda tilbes il jeans. F’kemm trod salib it-tnejn li huma kienu barra mil kamra u sejrin lejn il mutur iżda waqfu ħesrem meta raw żewġ t’irġiel armati bil kalaxnikov, jitħadtu ħdejn il mutur. Bla ħoss ta’ xejn Mariella u Rudolf daru lura u ġrew għal wara l-bini min fejn il ħoss tal helicopter instema ġej iktar qawwi. Mal helicopter kien hemm il pilota biss iżda kien armat ukoll. Bla kliem ta’ xejn Rudolf għamel sinjal lil Mariella li fehmitu mill ewwel. Filwaqt li Rudolf ġibed dritt għal wara l-helikopter, Mariella wara li fetħet it-top li kella fuqha biex tikxef ftit sidirha resqet lejn il pilota min quddiem. Għalkemm Mariella kienet għada tqum u kienet liebsa ta rocker xorta kienet tidher sabiħa u l-ftit distrazjoni min naħa tal pilota swietlu qares. B’daqqa tajba ġ’għonqu spiċċa min tulu fl-art filwaqt li Rudolf tela’ flokku u Mariella telgħat in naħa l-ohra.
Bil kemm leħaq qatta mil l-art li ma nstemghax l-għajjat ġej min taħtom u ġew sparrati xi tiri lejhom. Fortunatament għalijom peress li kienu fuq muntanja l-helikopter kellu l-ftuh quddiemu u żid il veloċita malajr. Rudolf ġibed għan naha t’isfel ta’ l-Italja iżda kif kien ċert li ma kienx għadu jidher reġa ġibed għan naha ta fuq għal ġor Russja.
“Hawnhekk xort għadhom jistaw għalina, iżda mhux daqshekk faċli”, qal lil Mariella. “Jekk kollox jmur sew suppost għandna nsibu l-għajnuna tistennina”.
L-anqas laħaq spiċċa l-kliem li l-istrumenti ma bdewx jteptpu bl-addoċċ.
“Nahseb laqtulna t-tank tal fuel”, qal Rudolf waqt li tektek il-panel ta’ l-istrumenti. “M’hemmx x’tagħmel, jkolna ninżlu hawn”, kompla filwaqt li beda jitlef l-altitudni ftit il barra min foresta kbira. Rudolf niżżel il-helikopter qrib xmara. “Hekk jaħsbu li qbadna ix-xmara”, kompla filwaqt li ġbed erba wires min mal magna u ramiehom fix-xmara.
Kienu ilhom siegħa mixjien bla ma jaraw lil ħadd meta tfaċċa kuċċier għadej bil lajma kollha. “Tista tgħatina lift?” staqsiet Mariella b’Russu perfett.
“Għal fejn intom”, staqsa l-kuċċier.
“Għal Mosco”, irrisponda Rudolf qiesu biex juri lill Mariella li daqsha kien tajjeb fir Russu.
It-tnejn li kienu telaw fuq wara tal karru u wara erba’ siegħat il kuċċier qallom li s’hawn seta’ jwassalhom għax hu kien ħa jieħu triq oħra. Skond hu kien baqalhom sagħtejn oħra mixi ‘żda jekk jħaffu jaslu qabel inżul ix-xemx.
Bejn għax kienet il kesħa u bejn għax ma xtaqux jinqabdu fid-dlam f’dan id-deżert ta silġ it-tnejn li huma qabdu ġirja ħafifa u waslu ġo vilaġġ eżattament siegħa u ħames minuti wara. Wara nofs siegħa oħra jduru l’hawn u l’hemm, Rudolf sab dak li kien qiegħed jfittex. Ħabbat fuq il bieb b’taħbita miftema. Il bieb infetaħ min xwejjaħ b’leħja folta bajda u par għajnejn blu ċari. Kien raġel qsajjar u bla xagħra waħda fuq rasu iżda bi tbissima tilgħab fuq xuftejh. Rudolf introducieh bħala Hans ma Mariella. Iż-żewġ t’irgiel qabdu idejhom f’xulxin u baqaw hekk bla kliem jħarsu lejn xulxin. Minjaf min xiex għaddew flimkien ħasbet Mariella. Bla kliem u bla sliem it-tlieta li kienu niżlu isfel taħt l-art fejn Hans qalhom biex jneħħu kollox min fuqhom inkluż armi, msielet, ċpiepet u dak kollu li ma kienx laħamhom. Bla kliem ta’ xejn Rudolf u Mariella obdew. Hans beda jieħu kollox ġo kamra oħra filwaqt li offrielhom ħwejjeġ oħrajn x’jilbsu. Il qisien kienu perfetti u Mariella ma kella l-ebda dubju li Rudolf kien ċempillu min qabel.
Meta kienu bidlu ħwejjiġhom Hans beda jiċċekja l-affarijiet l-oħra u jerġa jtiegħomlom lura barra għal l-arma ta’ Rudolf li kif ressaq l-istrument li kiellu f’idu lejha beda idoqq bla waqfien.
“Min dan sabukom” qal Hans “Ħu dak ta’ fuq il bank floku”. “Iċ-ċwievett tal karozza li tlabtni qiegħdin mal bieb ta’ wara. Tuni lift sal port ta’ Rostovna u dabru raskom”.
Rudolf, Mariella u Hanz ħarġu l-barra u rħewla lejn il port. Kienu ilhom isuqu għal ħames minuti meta deher ħelicopter ġej lejhom iżda baqa għaddej min fuqhom. Il-lejl kien daħal sewwa u għalhekk il fjamma tiela mil post fejn kienu telqu minhu ftit qabel derhet tajjeb ħafna.
“Reġaw sabuna”, qal Rudolf.
“Illum ta’ l-aħħar”, qal Hanz.
“Illum qatluna”, qalet Mariella.
“Iva, għada qalb it-tifrik jsibu tlett kadavri li kienu aħna”, reġa Hanz.
“Min issa aħna nies ġodda”, kompla Rudolf bi tbissima.
“Iva bilħaqq”, rega Hans filwaqt li fetaħ il poket ta’ quddiem tal karrozza u ħareġ tlett passaporti, tlett licenzji tas-sewqan u dak kollu neċċessarju biex jibdew ħajja ġdida.
“Jiena sar jisimni Frich”, qal Hans. “Inti Rudolf sirt Monalito u inti sirt Natasha”. “Bilħaqq għax kont insejt”, kompla wara pawsa, “Hawnhekk hawn ċertifikat taż-żwieġ. Intom sirtu Monalito u Natasha Gonzalles”, spiċċa bi tbissima Frich.
Natasha ma tkelmet xejn, iżda qabel ma Frich niżel mil karrozza għafsitlu idu u bisitu fuq moħħu. “Grazzi, Grazzi ħafna”, qaltlu filwaqt li għalaq il bieba warajh.
Monalito u Natasha komplew il vjaġġ, jorqdu u jsuqu. Jolteraw lil xulxien sakemm qasmu l-burdura għal ġol Messiku, ħdax il ġurnata wara.
“Il-karti li tak Monsignior Domingo, x’se tagħmel bihom”, qalet darba Natasha lil Monalito waqt li kienu qed jieħdu t-te’ fit terraza tar-ranch tagħhom.
“Dawk diġa ilhom ġimgħatejn li waslu fl-ambaxxati nvoluta kollha. B’hekk kulħadd jaf xi ħaġa fuq l-iehor u fil verita ħadd ma għandu xejn fuq ħadd”, qal Monalito bid-daħqa.
“Toġobni, toġobni tassew”, qalet Natasha filwaqt li telqet rasha fuq spallejn żewgħa.
Kif naf dan kollu? Għax jiena kont dak li rajt it-tikkek fuq il-monitor. Jien kont Rutgar, Rudolf u issa Monalito.
TMIEM