Katigoriji ohra
 
 

Eġizzjan jiżżewweġ Maltija biex jgħix Malta ma’ oħra

Mara li hija separata kkonvinċiet mara oħra tiżżewweġ lill-maħbub tagħha biex dan ikun jista’ jgħix Malta peress li huwa Eġizzjan.

It-tlieta li huma tressqu fil-Qorti tal-Maġistrati b’konnessjoni ma’ din l-istorja fejn ilkoll ammettew l-akkużi miġjubin kontrihom.

Carmen Saliba ta’ 48 sena mill-Ħamrun ammettiet li rranġat iż-żwieġ bejn il-maħbub tagħha Yassir Saad Hassan Bayoumy ta’ 34 sena u Frances Gatt, mara ta’ 49 sena minn Birkirkara, biex l-Eġizzjan ikun jista’ jibqa’ Malta ħalli tgħix miegħu.

Saliba u Bayoumy kienu kkundannati sena ħabs sospiżi għal erba’ snin waqt li Gatt weħlet sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com