Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Ir-rizultati SEC Mejju 2011:
Kwart tal-istudenti biss li qaghdu ghall-Paper B ghaddew fil-Malti,
fl-Ingliz u fil-Matematika

mir-Reporter taghna

Ir-rizultati tas-SEC li ghadhom kemm hargu juru li s-sistema edukattiva taghna ghadha qed thalli jaqghu lura hafna mill-istudenti taghna. Mill-Malti ghaddew 57% u m’ghaddewx 43%. Fl-Ingliz ghaddew 60% u m’ghaddewx 40%. Fil-Matematika ghaddew 54% u m’ghaddewx 46%. Dan ifisser li 43% tal-istudenti mhumiex jghaddu mit-tliet suggetti ewlenin li minghajrhom mhux biss ma jistghux ikomplu l-istudji taghhom izda se jkollhom diffikultajiet kbar anki fid-dinja tax-xoghol.

Huwa inkwetanti hafna li kwart biss tal-istudenti li qaghdu ghall-Paper B ghaddew mill-ezamijiet SEC fil-Malti (24%), fil-Matematika (26%) u fl-Ingliz (25%).

Nofs l-istudenti qed jaghmlu Paper A waqt li n-nofs l-iehor qed jaghmlu Paper B. Skond ir-rizultati moghtija 56% biss minn dawk li qaghdu ghall-Paper A fil-Malti ghaddew. Hija inkwetanti li r-rata ta’ dawk li ghaddew mill-ahjar studenti li jaghmlu Paper A fil-Malti hija daqshekk baxxa. Mill-Matematika ghaddew 93% minn dawk li qaghdu ghall-paper A. Waqt li fl-Ingliz ghaddew 90% minn dawk li qaghdu ghall-paper A.

Huwa ttamat li din ir-rata gholja ta’ success ta’ dawk li qaghdu ghall-Paper A fl-Ingliz turi tassew li l-hiliet tal-istudenti fl-Ingliz qed jitjiebu ghax dawk li jghallmu fil-livell post-sekondarju dejjem jilmentaw kemm waqa’ l-livell tal-Ingliz fost l-istudenti taghna.


 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com