Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Il-Prim Ministru jikser weghda ohra

Minn Josef Grech

 

Il-Prim Ministru llum mar lura minn weghda ohra li ghamel.
Ftit tal-gimghat ilu, il-Prim Ministru argumenta li minhabba li mhemmx mandat elettorali fir-rigward tad-divorzju ghandu jkun hemm referendum fejn il-Maltin u Ghawdxin jesprimu ruhhom dwar is-suggett tad-divorzju.
Meta tnehhi l-legalizmi u l-iskuzi teknici, il-Prim Ministru llum bhala fatt qed jipprova jaghmel dak kollu li jista’ biex icahhad lill-poplu milli jesprimi ruhu dwar materja daqstant sensittiva.

Il-Prim Ministru kompla jikkontradixxi ruhu u juri inkonsistenza dwar suggett tant delikat, meta qal li hu jivvota kontra, imma jridna nemmnu li jixtieq referendum.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni, minn qabel il-hatra tieghu fit-tmexxija tal-Partit Laburista kien konsistenti fil-pozizzjoni tieghu. Jigifieri:

    • Li huwa favur legislazzjoni ta’ divorzju responsabbli
    • Li kwalunkwe tentattiv ta’ legislazzjoni jrid ikollha mandat poplari (u ghalhekk li ppropona li jissottometti ruhu ghal elezzjoni qabel jipprezenta ligi f’dan is-sens)
    • Li jaghti vot hieles lil kull min ikun se jiddeciedi f’dan ir-rigward, irrispettivament jekk ikunx fil-Parlament jew l-elettorat direttament.


 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com