Illum ikun determinat kif se jittieħed il-vot għada
|
mir-Reporter taghna |
Illum se jkun qed jiltaqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra, fejn mistenni jkun determinat kif se jkun qed jittieħed il-vot tat-Tieni Qari nhar l-Erbgħa.
S’issa għadu ma ntlaħaqx qbil bejn iż-żewġ naħat, bl-Oppożizzjoni tisħaq li għandu jingħajjat l-isem ta’ kull deputat biex jiddikjara kif se jivvota. Min-naħa l-oħra, li kien għall-esponenti min-naħa tal-Gvern, ma jkunux mgħajtin l-ismijiet tal-Membri Parlamentari kollha.
Waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li tlaqqa’ ftit tal-jiem ilu tressqet l-idea li waqt il-vot ma jkunx mgħajjat ‘division’. Madankollu din l-idea kienet irrifjutata, bħalma kienet rifjutata wkoll l-idea li jingħajtu biss l-ismijiet tal-Membri Parlamentari li huma bi ħsiebhom jivvotaw favur.
.
|
|
Jekk il-vot ta’ nhar l-Erbgha ma jgħaddix, l-abbozz ta’ liġi dwar id-divorzju jaqa’ u jieqaf hawn id-dibattitu Parlamentari.
|
|