“Bħal Malta, il-Libja qiegħda ssegwi mill-qrib dak li jiġri fir-reġjun u kulħadd jittama li jerġa’ jkun hemm l-istabbilità mixtieqa,” qal Dr Gonzi li matul iż-żjara tiegħu fil-Libja kien akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg.
Fost temi oħrajn li kienu diskussi kien hemm il-problemi pendenti bejn Malta u l-Libja fir-rigward tat-tiftix taż-żejt li dwarhom għandha ssir laqgħa teknika fil-Libja x-xahar id-dieħel, kif ukoll dwar l-immigrazzjoni, il-ħruġ ta’ viżi u l-edukazzjoni.