Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Nirien fi Trejqa tal-Ferovija, Santa Venera

mir-Reporter taghna

Il-bierah ghall-habta tal-hdax ta’ bil-lejl (2300hrs), il-Pulizija giet infurmata li kien hemm xi nirien fi Trejqa tal-Ferovija, Santa Venera.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn giet innutata vettura li kienet qed taqbad.  Fuq il-post issejhu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien.

Minn stharrig tal-Pulizija rrizulta li l-vettura kien Hyundai Accent, liema vettura garrbet hsarat estensivi filwaqt li hadd ma wegga’ waqt il-kaz.

Bil-kas gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr J Apap Bologna LLD li hatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-kaz.

 

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com