Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Hidma Volontarja mis-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista

Minn Josef Grech

Bhala parti mill-attivitajiet ta’ l-1 ta’ Mejju u bhala bhala parti mic-celebrazzjonijiet tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat, din is-sena s-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista wettqet xoghol volontarju f’Dar Sacra Familja f’Haz Zabbar. 

Is-Sinjura Michelle Muscat ser tinghaqad ukoll flimkien mas-Sezzjoni Kunsilliera f'din il-gurnata ta' xoghol volontarju f'din id-Dar.
L-ghan ewlieni wara din l-inizjattiva kien li tinghata ghajnuna lit-tfal f’Dar Sacra Familja. B’hekk l-istess sezzjoni nghaqdet mal-kumplament ta’ entitajiet ohra madwar l-Ewropa li qed ifakkru s-sena ewropeja tal-Volontarjat billi jiddedikaw parti mill-hin liberu taghhom ghal hidma ta’ servizz fil-komunita’.

 

Fost ohrajn, f’din l-ghodwa sar  xoghol ta’ tibjid, tisjir, crafs, muzika, qari, zfin u anke attivitajiet ohra ghat-tfal ta’ Dar Sacra Familja li ghandhom bzonn attenzjoni u ghajnuna partikolari.

Ghal hidma li twettqet fid-dar Sacra Familja, s-sezzjoni kunsillliera tal-Partit Laburista saghbet l-appogg ukoll ta’ kumpaniji privati fosthom Buzdov Developers, Csl Property Management Limited, Prime Limited, Shake Dancers, ghalliema specjalizzati fil-crafts miz-Zejtun, Tal Pjazza Cafe and Victoria Pub & Diner u anke grupp ta’ 17-il muzicist minn Franza li jinsabu  ghal zjara f’pajjizna fuq stedina tal-Kunsill Lokali Qormi.

Il-Konservatorju San Guseppe kien l-ewwel Dar tat-tfal u tal-Knisja li twaqqfet sa minn zmien ilu.  Is-sorijiet ta’ San Guzepp hadu d-direzzjoni ta’ din id-dar f’Bormla fl-1858 u b’hekk din saret  wahda mill-ewwel missjonijiet tas-sorijiet ta’ San Guzepp.   Fl-1982, is-sorijiet hallew id-dar ta’ Bormla minhabba spejjez kbar ta’ manutenzjoni li kien hemm bzonn  u tlett snin wara mas-sorijiet fil-Kunvent tas-sorijiet ta’ Rahal Gdid, is-sorijiet kellhom ix-xorti li jkomplu l-hidma taghom f’Dar Sacra Familja. 

Din id-dar tilqa’ fiha dawk it-tfal u xbejbiet li ghandhom problemi socjali.  Id-dar tesa’ madwar 20 tfal il-fuq minn sentejn.  Id-dar Sacra Familja hija mmexxija minn 4 sorijiet ta’ San Guzepp tal-Apparizzjoni li jahdmu u jiehdu hsieb it-tfal bi problemi familjari u socjali b’imhabba u ghozza li huma kapaci jaghtu.  San Gorg Preca kien pogga l-ewwel gebla ta’ Dar Sacra Familja fl-1955.  Bhalissa s-sorijiet qed jiehdu hsieb 13-il tifel u tifla li gejjin minn diversi lokalijiet madwar Malta u Ghawdex.

Fl-Attivita’ ta’ dalghodu hadu sehem ukoll mart il-Mexxej Laburista s-sinjura Michelle Muscat, il-President tal-partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kelliem Ewlieni Laburista ghal Kunsilli Lokali Stefan Buontempo.

 

 

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com