Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

It-tneħħija tal-liċenzja tat-televiżjoni:
M’hemm xejn xi jżomm lill-Gvern

Minn Josef Grech

Il-Membru Parlamentari Ew­ropew Laburista, John Attard Montalto, qal li l-liċenzji tat-televiżjoni huma responsabbiltà tal-Gvern u ma jkun qed jinkiser l-ebda regolarment tal-Unjoni Ewropea jekk jiddeċiedi li jneħħi din il-liċenzja.

F’Novembru li għadda, Dr Attard Montalto kien staqsa lill-Kummissjoni Ewropea jekk kienx hemm xi regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jistgħu qegħdin iżommu lill-Gvern Malti milli jimplimenta l-wegħda elettorali li kien għamel li jneħħi l-liċenzji tat-televiżjoni.

Punt imsemmi fl-istess mistoqsija kien dak li fil-pajjiż, il-poplu jista’ jagħżel jekk jabbonax biex jara t-trasmissjo­nijiet bil-‘cable’ u għal dan ikollhom iħallsu miżata kull xahar skont il-pakkett u l-fornitur li jagħżel.

B’żieda mal-ħlas għas-servizz titħallas ukoll it-taxxa tal-VAT. Minkejja l-fatt li l-konsumatur ikollu jħallas lill-fornitur tas-servizz privat għall-aċċess tat-trasmissjonijiet tagħhom, il-liċenzja tat-televiżjoni ma ġietx abolita. Sal-lum, din il-liċenzja għadha titħallas lill-Gvern.

Fir-risposta tagħha, il-Kum­miss­joni qalet li r-rwol possibb­li tagħha f’dan ir-rigward hu limitat għall-monito­raġġ u li tara jekk tali modalitajiet jistgħux ifixklu l-provvista tas-servizzi fis-suq intern.

Ir-regoli għall-ġbir ta’ miżati tal-liċenzja għadqastant hija f’idejn l-awtoritajiet Maltin li għandhom dritt jeżerċitaw il-libertà tagħhom biex jid- definixxu l-modalitajiet tal-ħlas tal-liċenzja għas-ser- vizz ta’ xan­dir pubbliku jew ukoll it-tneħħija ta’ din it-taxxa.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com