Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

Tlett Persuni taht arrest

Minn Josef Grech

Il-Pulizija qed izzomm taht arrest tlett persuni inkonessjoni ma’ sejbiet ta’ droga kokajina f’zewg pajjizi barra minn Malta, liema droga kienet destinata lejn Malta.

Il-persuni huma, ragel ta’ 64 sena u ibnu ta’ 35 sena it-tnejn residenti San Giljan, kif ukoll guvni ta’ 31 sena residenti tas-Sliema.

L-arresti saru wara kolloborazzjoni ma’ Forzi tal-Pulizija barranin, u wara li gew intercetatti zewg pakketti kontenenti d-droga kokajina u li kienu destinati lejn Malta. Is-sejbiet tal-pakketi saru matul il-gimgha li ghaddiet gewwa l-Istati Uniti u l-Ingilterra.

Filfatt wara investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija f’Malta gew individwati l-persuni f’Malta li ghalihom kienu destinati dawn iz-zewg pakketti.

 B’kollox l-ammont ta’ kokajina sekwestrata jammonta ghall-madwar 400 gramma.

Il-Magistrat tal-ghassa Dr. Claire Micallef Stafrace LL.D. kienet infurmata u hatret diversi esperti sabiex jassistuga fl-inkjesta.

L-istharrig tal-Pulizija ghadu ghaddej.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com