Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 

 
Katigoriji ohra
 
 

SR Technics – Decizjoni Dizappuntanti u Nkwetanti.
-Dr Charles Mangion

Minn Josef Grech

L-ahbar li SR Technics ippostponiet il-pjani taghha li tinvesti f’pajjizna ghal zmien indefinit hija dizappuntanti u inkwetanti, specjalment wara l-aspettattivi gholja li qajjem il-Gvern.

Minghajr ma wiehed jallarma, importanti li nifmhu l-implikazzjoni ta’ din id-decizjoni.

SR Technics ddecidiet li tinvesti f’pajjizna matul 2009 fi zmien meta l-industrija tal-avjazzjoni kienet diga' fi problemi.

Issa li bidlet fehmtha fuq dan l-investiment, bilfors li hemm bzonn ta' analizi tas-sitwazzjoni ta' industrija ta' servizzi lil avjazzjoni li fuqha inbnew hafna aspetattivi.

Huwa importanti li din l-industrija li nholoqot bl-isforzi tal-linja nazzjonali l-Air Malta, u aktar tard isahhet bl-impenn tal-Lufthansa Technik, tkun imharsa biex tkompli toffri opportunitajiet ta’ impjiegi kif ukoll holqien ta’ gid ekonomiku ghal pajjizna.

Nonqsu jekk ma nistaqsux ghaliex sehh dan l-izvilupp wara li din il-kumpanija hadet dak kollu li talbet minghand il-Gvern Malti biex tinvesti f’ pajjizna.

Il-Partit Laburista dejjem appogga l-izvilupp ta’ dan it-tip ta’ servizzi industrijali f’ pajjizna, fost l-ohrajn b' kollaborazzjoni fil-Parlament dwar trasferiment ta' art pubblika biex jinbnew hangers.

Pajjizna ghandu bzonn johloq ekonomija vibranti li toholoq impjiegi li jrendu u b’ hekk jipprovdu ghejjun ta’ dhul ghall-gvern minghajr il-bzonn ta’ zieda fil-piz tat-taxxi.

Anzi, aktar minn hekk, dan il-process ta’ svilupp ekonomiku, komplimentat ma’ tmexxija tal-finanzi publici ghaqlija u minghajr hela, ghandu jwassal ghal rata ta’ taxxa aktar favorevoli ghal kulhadd .

Il-Partit Laburista jawgura li SR Technics tibqa’ miexja bl-impenn taghha li tinvesti aktar fil-pajjiz.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com