Katigoriji ohra
 
 

70% miċ-ċittadini tar-Renju Unit se jqattgħu vaganza f’pajjiżhom

1 ta’ Frar, 2010

Filwaqt li esponenti min-naħa tal-Gvern qed jgħidu li s-sena d-dieħla t-turiżmu se jirkupra mid-daqqa li ħa matul l-2009, rapporti li dehru f’sit barrani qed jgħidu li 70% taċ-ċittadini tar-Renju Unit beħ-siebhom jqattgħu l-vaganza tagħhom f’pajjiżhom stess. Dan l-istħarriġ li deher fuq is-sit Tra-velMole, huwa inkwetanti għal pajjiżna, peress li s-suq tar-Renju Unit huwa l-aktar wieħed im-portanti għal Malta.

Infatti meta kien qed jindirizza konferenza stampa nhar il-Ħamis li għadda, is-Segretajru Parlamentari għat-Turiżmu Ma-rio de Marco qal li s-suq tar-Ren-ju Unit ikkontribwixxa għal 35% tat-turisti kollha f’pajjiżna. Qal ukoll li mid-destinazzjonijiet kollha mfittxija mit-turisti tar-Renju Unit, Malta kienet lanqas milquta mit-tnaqqis ta’ dan is-suq. Dan minkejja li fl-2009 t-tu-risti mir-Renju Unit naqsu bi 8.6% meta mqabbel mas-sena 2008.

Fl-istess perjodu kien reġis-trat ukoll tnaqqis ta’ 17% mis-suq Irlandiż u tnaqqis ta’ 10% mis-suq Franċiż. Kien reġsitrat tnaqqis ta’ 18% mis-suq Ġermaniż, liema tnaqqis affettwa l-aktar il-prestazzjoni ta’ Malta matul l-2009. Min-naħa l-oħra, kienet reġistrata żieda fl-ammont ta’ turisti Taljani ta’ 10%.

De Marco saħaq b’ċertu kawtela li l-prestazzjoni ta’ Malta fl-2010 mistennija tkun waħda tajba meta mqabbla mas-sena li għaddiet.

Ir-riċerka li dehret fuq l-imsemmi sit saret mill-aġenzija BDRC Continental, li għamlet stħarriġ fuq madwar 1,005 persuna aktar kmieni dan ix-xahar. Intqal li t-turiżmu intern fir-Ren-ju Unit għall-kuntrarju ta’ setturi oħra mar tajjeb f’dan iż-żmien ta’ riċessjoni.

Mir-riċerka ħareġ li 31% qiegħdin iqisu li r-Renju Unit saret destinazzjoni aktar attraenti. 20% taċ-ċittadini tar-Renju Unit li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ, diġà bbuk-kjaw il-vaganza tagħhom fir-Renju Unit stess għal matul din is-sena.



It-taxxi fl-industrija tat-turiżmu



Filwaqt li l-gvern Malti, minkejja diversi twissijiet li sarulu mis-settur, għadu jinsisti li jdaħħal taxxa ġdida fuq it-turiżmu, ir-Renju Unit iddeċieda li naqqas ir-rata tal-VAT li tapplika kemm għall-akkomodazzjoni kif ukoll għas-servizzi fir-ristoranti, minn 17.5% għal 15%.

Min-naħa l-oħra, il-lukandiera fl-Ungerija qiegħdin igawdu minn tnaqqis fir-rata tal-VAT. Ir-rata tal-VAT għal-lukandiera fl-Ungerija hija hija ta’ 18%, meta r-rata ta’ VAT hemmhekk hi ta’ 25%. Il-Gvern Germaniż qed jikkunsidra wkoll li jnaqqas il-VAT fuq l-akkomodazzjoni minn 19% għal 7%.

Sadanittant, mill-aħħar indikazzjonijiet jirriżulta li fis-sena 2009, l-ammont ta’ turisti li ġew f’pajjiżna naqsu b’madwar 9% meta mqabbel mas-sena 2008. Mir-rapport dwar l-andament turistiku bejn Lulju u Settembru tas-sena li għaddiet li sar fost 45 lukanda, jirriżulta li d-dħul tagħhom naqas b’€54 miljun.

 

 

 

© dritt risevat - grajjietmalta.com