|
|
Franco Debono kontra emendi proposti fil-pieni kriminali mill-Ministru Mifsud Bonnici
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jista’ jerġa’ jiffaċċja kriżi oħra fil-Parlament f’każ li l-Ministru Carm Mifsud Bonnici jwebbes rasu u jipproponi emendi f’diversi liġijiet kriminali hekk kif ħabbarhom it-Tnejn li għadda...>>>
|
|
|
|
11% tal-vetturi tal-Pulizija m’għaddewx mill-VRT
Minn 100 vettura tal-Pulizija li din is-sena ntbagħtu biex jagħmlu t-test tal-VRT, 11 minnhom weħlu għalkemm mhux magħruf jekk għadhomx jintużaw xorta waħda.
Mistoqsi mid-Deputat Laburista Michael Falzon biex jgħid kemm kien hemm vetturi tal-Korp tal-Pulizija li f’dawn l-aħħar ħames snin m’għaddewx mit-test tal-VRT...>>>
|
|
|
|
Jibda jinstema’ l-ġuri dwar kompliċità ta’ attentat ta’ qtil ta' pulizija
Kien qisu film tal-waħx – il-Prosekuzzjoni
Hekk kif ilbieraħ beda jinstema’ l-ġuri ta’ Mario Vella ta’ 28 sena minn Santa Venera, akkużat b’kompliċità ta’ attentat ta’ qtil fuq diversi Pulizija, l-Avukat Aaron Bugeja li qed imexxi l-Prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali ddeskriva dak li ġara dakinhar tal-inċident bħala “film tal-waħx”...>>>
|
|
|
|
Talba biex il-paga tal-Prim Ministru u Ministri tonqos b’€500 fil-gimgha
Peress li dan huwa l-ewwel budget mindu sar maghruf li Prim Ministru u l-Ministri hadu zieda ta’ €500 fil-gimgha, din is-sena matul id-dibattiti fil-Parlament tal-estimi tal-Ministeri differenti, liema dibattiti jibdew il-lejla, l-Oppozizzjoni se tkun qed tressaq talba biex il-Prim Ministru u l-Ministri jaraw tnaqqis tal-paga taghhom ta’ €500 fil-gimgha...>>>
|
|
|
|
Il-kumpanija li lesta tibni ‘powerstation’ ġdida f’Dellimara BIEGĦU U MHUX IXTRU!
…il-Kap Eżekuttiv ta’ Sargas AS jgħid li Malta jmissha tesporta l-enerġija lejn l-Italja u mhux bil-kontra
Iċ-Ċermen u Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Norveġiża Sargas AS li lesta tibni ‘power station‘ ġdida f’Delimara jemmen li għandha tkun Malta li tesporta l-enerġija lejn l-Italja u mhux bil-maqlub...>>>
|
|
|
|
Il-GWU f’tilwima industrijali ma’ JF Security
It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi tal-GWU tinsab f’tilwima industrijali mal-kumpanija, JF Security wara li l-maniġment qabad u daħħal metodu ġdid li bih naqqas is-sigħat tax-xogħol mill-paga ta’ ħafna mill-impjegati bil-kumplament tal-paga tingħatalhom ‘invoice’. B’dan il-mod qed jidher li l-impjegati fultajm qed jitħaddmu bħala ‘self employed’ b’sigħat imnaqqsin..>>>
|
|
|
|
Il-Prim Ministru weħel jistaqsi l-mistoqsijiet
Il-Prim Ministru wehel jistaqsi l-mistoqsijiet, mingħajr ma joffri lanqas soluzzjoni waħda għall-problemi li ġab b’ idejh għall-familji u negozji.
Min-naħa tiegħu, Joseph Muscat ta 51 soluzzjoni, fosthom dwar il-kontijiet tad-dawl...>>>
|
|
|
|
Tonio Fenech mhux skomdu biż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa
Il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech it-Tnejn sostna li dwar iż-żieda li ħadu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ma jħossux skomdu, għax din id-deċiżjoni ttieħdet tliet snin ilu fil-bidu tal-leġiżlatura.
Fl-istess waqt il-Ministru Fenech sostna li ma jaqbilx mal-proposta li għamel Joseph Muscat ilbieraħ, għax skont hu dak li sar fir-rigward taż-żidiet fil-pagi tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa ġust u ġustifikat..>>> |
|
|
|
Wara li ġie żvelat il-każ li vapur reġa’ lura biex jiġbor lil Joseph Grech
Wara pressjoni li saret min-naħa tal-midja, ilbieraħ filgħaxija, Joseph Grech ippreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu minn Ċermen tal-Gozo Channel lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech, li min-naħa tiegħu aċċetta t-talba ta’ Grech...>>>
|
|
|
|
Persuna tghajjat ghall-ghajnuna f’ Hal Qormi
Dalghodu ghal habta tat-tmienja nieqes ghaxra (0750hrs), il-Pulizija giet infurmata li gewwa residenza fi Triq Santa Katerina, Hal Qormi kien hemm persuna tghajjat ghall-ghajnuna...>>>
|
|
|
|
Iżżewġu biex it-tfal jagħmlu l-preċett u l-griżma!
Koppja spiċċat iżżewġet bil-Knisja sempliċiment biex it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-preċett u l-griżma bħat-tfal l-oħra.
Fl-1993 l-koppja żżewġet biċ-Ċivil u minn dan iż-żwieġ twieldu żewġt itfal li llum għandhom 18 u 15-il sena. Fl-2003 il-koppja nfirdet u l-mara talbet għall-annullament ...>>>
|
|
|
|
Wara li ċ-ċermen tal-Gozo Channel tilef il-vjaġġ għax wasal tard Jordna li l-vapur jittrakka lura fil-moll
Nhar it-12 ta’ Novembru li għadda fil-port tal-Imġarr seħħet xi ħaġa mhux tas-soltu, hekk kif vapur tal-Gozo Channel kellu jerġa’ jdur lura biex ikun jista’ jirkeb iċ-Ċermen tal-kumpanija u l-familja tiegħu, wara li huma tilfu l-vapur...>>>
|
|
|
|
Incident tat-traffiku fis-Siggiewi
Kmieni dalghodu ghall-habta tas-seba u kwart il-Pulizija giet infurmata li kien sehh incident tat-traffiku fi Triq is-Siggiewi, is-Siggiewi.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stharrig irrizulta li waqt li sewwieq ta’ mutur tat-tip Honda CBR ...>>>
|
|
|
|
Budget li ma laħaqx l-aspettattivi tan-nies
Fil-Budget ippreżentat, il-Gvern naqas milli jistabbilixxi policies strateġiċi għal użu aħjar tal-enerġija u tal-ilma.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Laburista ppreżenta r-reazzjoni għall-Budget 2012, mill-oqsma tal-Ambjent, is-Saħħa, l-Enerġija u l-Utilitajiet. Il-kelliema Laburisti elenkaw kif il-Budget imħabbar għas-sena d-dieħla ma laħaqx l-aspettativi tan-nies...>>>
|
|
|
|
Reazzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin dwar il-Baġit 2012
F’Laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tal-UĦM li saret illum fil-Kwartieri Ġenerali tal-UĦM ġie analizzat u diskuss fid-dettal il-Baġit 2012 li ġie presentat fil-Parlament nhar it-Tnejn 14ta’Novembru 2011. F’din il-laqgħa ġie deċiż li r-reazzjoni finali tal-UĦM dwar il-Baġit 2012 hija din ta’hawn taħt..>>>
|
|
|
|
It-trasport pubbliku jieqaf fit-8.00 p.m. mil-lum
Fuq direttiva tal-GWU, is-servizz tat-trasport pubbliku kollu mil-lum, il-Ħamis, se jieqaf fit-8.00 ta’ filgħaxija. Din l-azzjoni industrijali ġiet ordnata wara li l-kumpanija Arriva, li issa ilha erba’ xhur tħaddem it-trasport pubbliku f’pajjiżna, għadha ma rranġatx il-problema tar-rosters twal u inumani li qegħdin jaħdmu bihom ix-xufieri u ħafna mill-impjegati tal-kumpanija...>>>
|
|
|
|
L-importaturi tas-sigaretti għad iridu jaħdmu l-prezz
Wara li nhar it-Tnejn tħabbret żieda fis-sisa fuq prodott tat-tabakk, il-kumpaniji li jimportaw is-sigaretti u t-tabakk għadhom qegħdin jaħdmu r-rata li biha se jibdew jinbiegħu l-prodotti tagħhom...>>>
|
|
|
|
Spluzjoni fil-Hamrun
Dalghodu ghal habta tal-ghaxra nieqes ghoxrin (0940hrs), il-Pulizija kienet infurmata li gewwa Triq il-Kanonku Bonnici, il-Hamrun kienet sehhet spluzjoni.
Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stharrig preliminari rrizulta li vettura tat-tip Fiat Fiorino ta’ kulur ahmar kienet fil-fatt splodit ...>>>
|
|
|
|
Gvern Laburista jnaqqas il-kontijiet tad-dawl
Gvern gdid immexxi minni jnaqqas il-kontijiet tad-dawl b’mod sostenibbli u realistiku, b’mod li nghinu lill-familji u nkabbru l-ekonomija biex b’hekk nindirizzaw bl-ahjar mod id-deficit u d-dejn...>>>
|
|